Left arrow Go Back

IL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT INIEDI KAMPANJA: ‘IXTRI MALTI’

PR755
Date Icon 20/06/2003

“L-organizazzjoni tal-wirja ta’ l-Artiġjanat fiċ-ċentru amministrattiv tal-Kunsill Lokali tar-Rabat mill-Kunsill Malti għall-Artiġjanat hija fiha nnifisha attivita’ mtella’ biex tqajjem aktar interess u tippromwovi l-artiġjanat Malti.  Għalhekk permezz ta’ din il-wirja, l-Kunsill Malti għall-Artigjanat qed jagħti bidu għall-kampanja ta’ pubbliċita’ li qed iġġib l-isem ‘IXTRI MALTI’ ”.  

Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo beda d-diskors tiegħu waqt l-inawgurazzjoni ta’ wirja ta’ l-artiġjanat li ttellgħat mill-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, flimkien mal-Kunsill Lokali tar-Rabat, li fiha qed jiġu eżibiti diversi prodotti ta’ l-artiġjanat Malti.   

Il-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat għandha bħala oggettiv il-promozzjoni u l-qawmien ta’ nteress ta’ l-artiġjanat Malti mill-konsumatur Malti kif ukoll mit-turisti.  Minn dan l-oggettiv, il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qed jara li l-ħidma tiegħu twassal biex l-Artiġjani jkunu aktar organizzati, magħrufa, jkollhom spazju ndustrijali li jixirqilhom u dan kollu biex jiżdied il-bejgħ tal-prodott artiġjanali Malti. 

Dwar l-għajta ‘IXTRI MALTI’, s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo  qal li: “L-għajta IXTRI MALTI  hija għajta li ntużat maż-żmien, m’hijiex għajta li qed tintuża għall-ewwel darba, iżda hija għajta li bosta artiġjani riedu li nerġgħu nużaw biex aktar Maltin ikunu mħajjra jixtru prodotti Maltin.  Għalhekk wara konsultazzjoni ma’ l-istess artiġjani, l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qed jara li f’kull attivita’ li ser ikun qed jorganizza, huwa jwassal din is-sejħa f’isem l-artiġjani nfushom. Il-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat hija fuq kollox ħidma li għandha sservi ta’ servizz għall-artiġjani u l-artiġjanat Malti.  Għal din ir-raġuni, l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qed jaħdem biex jorganizza wirjiet oħra bħal din tar-Rabat ma’ Kunsilli Lokali oħra, kif ukoll is-sehem li għandu permezz ta’ l-istand tiegħu fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta fin-Naxxar, ser ikunu lkoll maħsuba biex jgħinu halli l-prodott ta’ l-artiġjanat Malti jkun eżibit u apprezzat, u dan bil-ħsieb li jinbiegħ aktar.”  

Din il-wirja hija nfatti parti mill-inizjattivi li l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat għandu fil-pjan ta’ ħidma li jrid iwettaq u l-inizjattivi kollha li jridu jiġu mwettqa, għandhom proprju dan il-ħsieb - li l-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat isservi ta’ marketing exercise kollettiv għall-prodott ta’ l-artiġjanat Malti.  Dwar din il-ħidma, s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li  “Il-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat trid twassal biex sa Mejju li ġej ikun ġie implimentat il-Pjan ta’ Ħidma ta’ l-2003.  Permezz ta’ din il-ħidma l-Gvern qed jipprovdi l-qafas bażiku biex f’pajjiżna jkun hawn apprezzament għall-prodott ta’ l-artiġjanat Malti u Għawdxi, u din il-ħidma hija maħsuba biex iżżid il-bejgħ tal-prodott Malti, iżda ma’ din il-ħidma kull Artiġjan għandu jkompli biex jagħti sehemhu u jara li jkollu l-aħjar organizazzjoni possibbli li kapaċi tara li tbiegħ bl-ahjar mod, il-prodotti ta’ l-artiġjanat li jkunu qed jiġi mmanifatturat.”  

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo tkellem ukoll dwar stejjer ta’ suċċess li diversi artiġjani qed ikollhom.  “Għandna ħafna tajjeb, iżda rridu nuruh.  Jekk nibqgħu naħbu dawn is-suċċessi ser nibqgħu nżommu lura milli l-artiġjanat Malti jkollu l-apprezzament li jixraqlu.  Il-prodott ta’ l-Artiġjanat Malti qed ikun apprezzat, iżda jenħtieġ li jkollna aktar apprezzament u bejgħ.” 

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo wera’ wkoll l-apprezzament tieghu lejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat li flimkien mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qed jorganizza din il-wirja li ser tibqa’ miftuħa sa nhar il-Ħadd 6 ta’ Lulju u l-ħinijiet tal-ftuh ser ikun l-istess bħal dak tal-Kunsill Lokali. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow