Left arrow Mur Lura

JUM DINJI GHAR-REFUGJATI - GURNATA TA’ ATTIVITAJIET GHAL TFAL REFUGJATI

PR753
Date Icon 20/06/2003

Illum, madwar id-dinja jigi iccelebrat il-Jum Dinji ghar-Refugati. Hu stmat li fid-dinja llum hawn iktar minn 20 miljun refugjat li 5 miljuni minnhom jinsabu fl-Ewropa. F’Malta ukoll hawn numru ta’ refugjati. 

Biex jiccelebra dan il-jum, il-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern organizza gurnata ta’ attivitajiet ghal madwar hamsin tifel u tifla refugati li jinsabu jghixu f’Malta. Il-Ministeru sab l-ghajnuna tal-Kummissjoni ghar-Refugjati, ghadd ta’ kumpaniji privati kif ukoll tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. 

Tul il-gurnata t-tfal ittiehdu jzuru Popeye Village fejn thejja programm bl-animaturi apposta ghalihom. Wara ttiehdu ghall-ikel offrut minn Pizza Hut, San Giljan, fejn zaruhom il-Ministru l-Onor. Tonio Borg u Monsinjur Philip Calleja. Il-Ministru Tonio Borg qassam rigali li nghataw minn Merlin Library u McNeill ta’ Hal-Far.  Wara t-tfal marru jqattghu ftit hin fil-Playmobil Playground fejn inghataw gugarelli. Minn Bulebel it-tfal ittiehdu jaraw film fl-Eden Century Cinema.  

Il-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern jixtieq jirringrazzja lill-kumpaniji privati, fosthom il-KRS li pprovdiet il-film, Consolidated Biscuits u Lawrence Quintano Ltd., li ghenu biex dawn it-tfal iqattghu gurnata xi ftit differenti mill-granet l-ohra.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow