JUM DINJI GHAR-REFUGJATI - GURNATA TA’ ATTIVITAJIET GHAL TFAL REFUGJATI
Illum, madwar id-dinja jigi iccelebrat il-Jum Dinji ghar-Refugati. Hu stmat li fid-dinja llum hawn iktar minn 20 miljun refugjat li 5 miljuni minnhom jinsabu fl-Ewropa. F’Malta ukoll hawn numru ta’ refugjati.
Biex jiccelebra dan il-jum, il-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern organizza gurnata ta’ attivitajiet ghal madwar hamsin tifel u tifla refugati li jinsabu jghixu f’Malta. Il-Ministeru sab l-ghajnuna tal-Kummissjoni ghar-Refugjati, ghadd ta’ kumpaniji privati kif ukoll tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni.
Tul il-gurnata t-tfal ittiehdu jzuru Popeye Village fejn thejja programm bl-animaturi apposta ghalihom. Wara ttiehdu ghall-ikel offrut minn Pizza Hut, San Giljan, fejn zaruhom il-Ministru l-Onor. Tonio Borg u Monsinjur Philip Calleja. Il-Ministru Tonio Borg qassam rigali li nghataw minn Merlin Library u McNeill ta’ Hal-Far. Wara t-tfal marru jqattghu ftit hin fil-Playmobil Playground fejn inghataw gugarelli. Minn Bulebel it-tfal ittiehdu jaraw film fl-Eden Century Cinema.
Il-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern jixtieq jirringrazzja lill-kumpaniji privati, fosthom il-KRS li pprovdiet il-film, Consolidated Biscuits u Lawrence Quintano Ltd., li ghenu biex dawn it-tfal iqattghu gurnata xi ftit differenti mill-granet l-ohra.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en