STUDENTI U ANZJANI JGHALLMU LIL XULXIN
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Frans Agius attenda ghal okkazjoni tal-“Farewell” ghall-5th Formers ta’ l-iskola ta’ ‘Santa Teresa Nuzzo’ fil-Hamrun, fejn l-istudenti wrew it-talenti taghhom, bhal kant u zfin, lill-mistiedna li kien hemm ghall-okkazjoni u li gew mic-Centru ta’ l-Anzjani tal-Hamrun kif ukoll studenti li jattendu fl-iskola tal-‘Guardian Angel’. Hadet sehem ukoll il-Banda ta’ l-istess skola mmexxija mis-surmast T. Vella. Il-Kap ta’ l-Iskola, is-sur C. Pace ukoll kien prezenti ghal din l-okkazjoni u fiha tqassmu wkoll certifikati kemm lill-istudenti kif ukoll lill-anzjani.
L-iskola ‘Teresa Nuzzo Hamrun’ b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment ghall-Kura ta’ l-Anzjani, ghamlu programm ta’ tahrig ghall-istudenti fic-Centru ta’ matul il-Jum u fid-djar residenzjali, taht ir-responsabilta’ ta’ Ms. B Psaila, il-Kap tac-Centri ta’ matul il-Jum.
Dan it-tahrig issa ilu jsir ghal dawn l-ahhar 3 snin, fejn l-istudenti kellhom ic-cans mhux biss josservaw izda jippartecipaw u jithejjew fic-centri. Din is-sena b’kollox kien hemm 11-il student li ghamlu gimghatejn tahrig fic-centri.
Barra minn hekk, sar programm iehor ta’ gemellagg fejn l-anzjani membri attendew darba fil-gimgha fl-iskola ‘Teresa Nuzzo’ u tghallmu t-tpingija fuq il-hgieg. Dawn kienu akkumpanjati mill-ufficjali inkarigati.
Ms. Mifsud, Kap ta’ l-istess skola, fahhret din l-inizjattiva ghaliex l-istudenti qed ikollhom aktar cans u esperjenza fil-qasam tax-xoghol fejn jirrikjedi imhabba, pacenzja u dedikazzjoni.
Ms. B Psaila, il-Kap tac-Centri ta’ matul il-Jum, qalet li tinsab perswasa li programmi bhal dawn huma ta’ gid kemm mil-lat socjali u anke mil-lat psikologiku, ghaliex isahhu aktar l-ghaqda u s-solidarjeta’ bejn iz-zghazagh u l-anzjani.
Fid-diskors tieghu is-Segretarju Parlamentari Frans Agius fahhar din l-inizjattiva u qal li jixtieq li jkun hemm aktar skejjel li jiehdu ezempju minn din l-inizjattiva halli b’hekk inkomplu nressqu iktar l-anzjani u z-zghazagh lejn xulxin. Dr. Agius qal li l-anzjani ghandhom jaraw din l-inizjattiva bhala mod fejn is-socjeta’ qed tkun iktar inklussiva u li huma, minkejja li huma anzjani, ghad fadlilhom iktar x’joffru lis-socjeta’, anke lil dik zghazugha.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en