REGISTRAZZJONI TA’ ART AGRIKOLA MINN BDIEWA RESIDENTI F’DIVERSI LOKALITAJIET
Il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed iniedi ezercizzju biex l-art agrikola kollha f’Malta (ta’ kull daqs) tkun registrata.
Ghal dan il-ghan, kull min jahdem xi art agrikola f’Malta (jew f’Ghawdex), u hu residenti fil-Gudja, Ghaxaq, Paola, Santa Lucija, Tarxien, Kalkara, Kirkop, ghandu jirregistra din l-art mad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura, fl-Ufficcju ta’ l-Extension Service, Triq il-Kunvent, Haz-Zabbar (fic-Centru Civiku), mit-Tnejn 23 ta’ Gunju sal-Gimgha 18 ta’ Lulju 2003. Dan is-servizz qed jinghata bla hlas.
Kull min jahdem xi art agrikola f’Malta (jew f’Ghawdex), u hu residenti fis-Siggiewi ghandu jirregistra din l-art fl-Ufficcju tas-Servizzi Agrikoli u Zvilupp Rurali, Ghammieri, Marsa, (Malta Government Farm), mit-Tnejn 23 ta’ Gunju sal-Gimgha 18 ta’ Lulju 2003.
Dawn l-ufficcji huma miftuha ghar-registrazzjoni fil-hinijiet imnizzla hawn taht:
Mit-Tnejn sal-Gimgha mis-7.30 ta’ filghodu san-12.30
Il-bdiewa ghandhom jiehdu maghhom il-Karta ta’ l-Identita, kif ukoll xi dokumenti relevanti ghall-art li tinhadem bhalma huma l-biljett tar-raba’ u l-pjanta tar-raba’. Bdiewa li ma jkollomx l-art taghhom irregistrata f’dan l-ezercizzju ta’ registrazzjoni jistghu ma jikkwalifikawx ghal skemi ta’ ghajnuna. Kull bidwi jinghata pjanta ta’ l-art li jahdem biex izommha bhala referenza ghal quddiem.
F’kaz ta’ diffikulta wiehed jista’ jcempel il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent fuq in-numru 21 225236, l-Ghammieri fuq 21 257084, jew l-Extension Service ta’ Haz-Zabbar fuq 21 674147.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en