Left arrow Go Back

e-Government: Lejn Servizz Pubbliku iktar Accountable u Effiċjenti

PR74
Date Icon 21/01/2003
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt, u l-Ministrutal-Finanzi, l-Onor. John Dalli, illum niedew servizz ieħor ta’ Gvern Elettroniku, servizz intenzjonat lejn nies li m’humiex residenti Malta u li jkunu jixtiequ jixtru proprjeta’ immobbli f’Malta.
Il-Ministru Gatt, spjega li t-tnedija ta’ dan is-servizz,jista jitqies bħala pass ieħor fit-triq dejjem iktar mgħaġġla, li permezz tagħha servizzi tal-Gvern jkunu mogħtija online. Il-Ministru Gatt ikkonferma li ninsabu fid-direzzjoni li l-Gvern jilħaq il-mira tiegħu li sa Marzu li ġej, 90% tas-servizzi tal-Gvern jkunu online.
Il-Ministru Gatt fisser, li l-għoti ta’ dawn is-servizzihuma mingħajr dubju titjib fil-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu. L-iżvilupp teknoloġiku li hemm wara kull sistema ta’ l-eGovernment huwa marbut ma’ mod iktar effettiv ta’ kif nipprovdu servizz b’mod iktar effiċjenti u mingħajr skariġġ. Dr. Gatt spjega, li t-teknoloġiji użati, li huma żviluppati mill-Maltin huma mingħajr dubju fost l-aħjar li hawn fl-Ewropa.
B’hekk filwaqt li nimmoderniżżaw is-sistemi, qednoħolqu iktar trasparenza u iktar accountability lejn il-klijenti. Dr. Austin Gatt fisser li irridu nħajru lin-nies jużawhom, għax dan iwassal biex jiġi eliminat l-klijenteliżmu.
Il-Ministru Austin Gatt, kompla, li permezz ta’dawn is-sistemi, id-dipartimenti tal-Gvern qegħdin jinformaw lill-klijent pass pass, dak li jkun qed isir mill-każ partikolari tagħhom. Huwa kompla, li dan qed iwassal ukoll biex tabilħaqq, qed tiżdied l-effiċjenza biex il-pubbliku, jkun jista jieħu servizzi b’mod li tassew jista jitqies bħala effiċjenti.
Il-Ministru Gatt, irriafferma l-impenn tal-Ministerutal-Ġustizzja u Gvern Lokali biex ikompli jniedi iktar servizzi ta’ e-Government, biex inkomplu fit-triq li tassew inkunu fuq quddiem f’dan il-qasam.
Dr. Gatt temm id-diskors tiegħu billi tenna, li llumwasalna hawn għax il-Gvern prezenti nvesta bis-sħiħ fil-qasam tal-Informatika, bl-eċċezzjoni tas-snin 1996-1998, fejn kien hemm tnaqqis fl-investiment minn naħa tal-Gvern precedenti.
Minn naħa tiegħu l-Ministru tal-Finanzi John Dalli,fisser li l-oġġettiv prinċipali wara dan il-proġett hija li ċ-ċittadin tassew jinqeda’ aħjar, kif ukoll li jiżdied l-livell ta’ trasparenza fl-operat tal-Gvern. Il-Ministru Dalli, fisser li l-fatt li l-klijenti tas-servizzi tal-Gvern jkunu qed isegwu dak li jkun qed jiġri mill-każ taghhom, jimmottiva l-effiċjenza fis-servizz pubbliku
Il-Ministru John Dalli, qal li permezz ta’ dawn is-servizziqed inpoġġu lid-Dipartimenti tal-Gvern biex iħarsu lejn il-klijent kif jiġri fil-privat, jiġifieri, l-klijent ikun il-pern madwar x’hiex jdur is-servizz.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow