IL-MINISTRU GHALL-GUSTIZZJA U L-INTERN JIPPREZENTA WARRANTS LIL NUTARA GODDA
Wara li f’April kienet pubblikata White Paper, fil-gimghat li gejjin mistenni jigi pubblikat abbozz ta` ligi li ghandha l-ghan li tamalgama r-Registru ta’ l-Artijiet, ir-Registru Pubbliku u d-Dipartiment tar-Registrazzjoni Civili f’divizjoni wahda: it-Taqsima tar-Registru Pubbliku u l-Artijiet.
Dan habbru l-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Tonio Borg waqt cerimonja tat-tqassim ta’ warrants lil Nutara godda. Il-Ministru Borg qal li hu perswaz li din il-ligi, l-Att dwar ir-Registru Centrali, ser tghin mhux ftit u thaffef hafna, ix-xoghol tan-nutara.
Wara li ferah lin-nutara godda, il-Ministru Borg qal li ma jistax ma jenfasizzax il-htiega li n-nutara kollha jagixxu professjonalment u jimxu dejjem skond il-ligi. Skond il-Ministru Borg, hidmet in-nutar ghandha tkun dejjem above board, biex jigi assigurat li r-reputazzjoni notarili tinzamm ‘l fuq minn kull suspett.
Il-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern flimkien mal-Kunsill Notarili qed jahdmu biex jithejja Kodici ta’ Etika ghan-nutara. Dan il-Kodici ghandu jkun ta’ referenza mportanti ghan-nutara fil-qadi tad-doveri taghhom.
Meta tkellem dwar il-Ligi tar-Registru Centrali, il-Ministru Borg qal din ghandha l-ghan li tistabbilixxi sistema centrali wahda, ghal dawk il-hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu ma’ proprjeta’ u ma’ stat civili, kif ukoll taghti bazi legali lill-funzjonijiet imwettqa mid-Dipartiment tar-Registrazzjoni Civili ghal dak li ghandu x’jaqsam ma’ registrazzjoni ta’ atti, kif ukoll mal-Common DataBase, amministrata minnu.
Il-Ministru Tonio Borg sahaq fuq il-htiega li kull min hu proprjetarju ta’ bini ghandu fl-interess tieghu stess, jirregistra din il-proprjeta’. S’issa diga kienu hargu skemi ghar-registrazzjoni ta’ proprjeta fil-Belt, il-Furjana u l-Kottonera. Issa, wara li tghaddi l-ligi, dawn l-iskemi ser jinfethu ghal iktar lokalitajiet.
Registrazzjoni ta’ proprjeta` ghandha taghti serhan il-mohh lis-sidien ta’ proprjeta’ u tiffacilita hafna x-xoghol ta’ ricerka.
Il-Ministru Tonio Borg ghalaq billi awgura success fix-xoghol delikat taghom lin-nutara l-godda. Huwa awgura ukoll li r-relazzjoni tajba li tezisti bejn il-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern u l-Kunsill Notarili tkompli tissahhah ghal gid tal-professjoni tan-nutara kif ukoll ghall-beneficcju tal-pubbliku
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en