DISKORS TA`L-EGHLUQ TA` L-ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI-PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT SEMINAR BL-ISEM TA` ‘PENSIONS REFORM: PLANNING FOR THE GOLDEN YEARS’ ORGANIZZAT MINN PKF MALTA – SAN GILJAN – 17.06.2003
Sinjuri,
L-ewwelnett nixtieq niringrazzja lill-organizzaturi, PKF Malta, talli ghogobhom jistednuni sabiex naghlaq din il-konferenza fuq tema li qed tiddomina l-agenda nazzjonali kif ukoll dik internazzjonali. Interessanti l-fatt li s-suggett ta’ din il-konferenza jirreferi ghal eta` ta’ l-irtirar bhala “s-snin tad-deheb”. Irrid nghid li naqbel ma din id-definizzjoni jekk inzommu quddiem ghajnejna li t-tama taghna lkoll hija li nkunu nistghu nghixu x-xjuhija taghna f’sahhitna u bi kwalita tal-hajja li mdorrijin biha llum – kwalita` tal-hajja li tirrispetta d-dinjita taghna bhala bnedmin imma li wkoll tkun il-frott ta’ dak li nkunu zrajna fis-snin ta’ qabel.
M’hemmx dubju li s-suggett fih innifsu – igifieri r-riforma tal-pensjonijiet – huwa wiehed kumplikat ghaliex kullhadd jaqbel li ma hemmx soluzzjoni wahda ghal din l-isfida imma hemm kullana ta’ inizjattivi li flimkien jistghu jaghtu l-garanziji li nixtiequ li jkollna. M’hemmx dubju wkoll li nkunu qieghdin nilludu ruhhna jekk nikkoncentraw biss u esklussivament fuq il-pensjonijiet, meta nafu li l-poplu taghna irid ikollu mohh mistrieh ukoll li nkomplu nsostnu l-qasam tas-sahha f’pajjizna, kif ukoll ix-xibka socjali (igiefieri l-Welfare Society) li b’tant ghaqal bnejna tul is-snin.
Ghalkemm ma huwiex facli li wiehed ifassal dawn is-soluzzjonijiet jidhirli li m’huwiex daqstant difficli biex naqblu fuq certi principji bazici ta’ politika li hemm bzonn li jigu mghaguna f’kull progett jew inizjattiva li tmiss il-qasam ekonomiku u socjali ta’ pajjizna.
Zgur li ma’ nistghux nittrattaw dan is-suggett minghajr rispett tal-kuntest ekonomiku u socjali ta’ pajjizna. Is-sostenibbilita’ tal-pensjonijiet u tal-beneficcji socjali, inkluz is-servizz tas-sahha huwa marbut intrinsikament mal-kontroll tad-deficit finanzjarju, mal-konsolidament tal-finanzi tal-gvern, mal-mod kif tizviluppa l-ekonomija u mal-valur tas-solidarjeta` taghna specjalment lejn dawk li huma fir-riskju tal-faqar.
Jiena zgur li matul dan in-nofs ta’ nhar ta’ diskussjoni li kellkhom, intom gejtu pprezentati b’hafna mudelli finanzjarji li probabbilment qalulkom li fis-sena 2025 ser ikun hawn zewg haddiema biss jahdmu sabiex jiffinanzjaw il-beneficcji kontributorji ta’ pensjonant meta mqabbel ma’ l-erba’ haddiema li prezentament qed jaghtu dan il-kontribut. Proprju l-gimgha li ghaddiet, meta kont qieghed nattendi l-konferenza tal-ILO gewwa Ginevra, saret prezentazzjoni li enfasizzat dan il-punt lill-partecipanti kollha. Fi kliem iehor din hi realta` li l-ekonomiji moderni u l-pajjizi zviluppati qieghdin jiffaccjaw bhal ma qieghdin niffaccjawha ahna ukoll.
Imma qabel xejn irid ikollna stampa cara ta’ fejn ninsabu bhalissa. Ippermettuli naghtikom ftit analizi tas-sitwazzjoni prezenti tad-dhul u l-ghixien ta’ dawk li ghandhom il-fuq minn 65 sena f’pajjizna llum skond l-ahhar Household Budgetary Survey illi gie ippubblikat mill-Ufficcju Nazzjonali tal-iStatistika.
L-ewwelnett. L-anzjani jinsabu fl-anqas riskju ta’ faqar meta mqabbla mal-etajiet l-ohra kollha. Din l-istatistika turi li persuna anzjana li tghix wahidha ghandha dhul medju ta’ Lm4,686, filwaqt li koppja li wahda minnhom hija anzjana u minghajr tfal dipendenti ghandha dhul medju ta’ Lm7,414. Id-dhul medju ras ghal ras ta’ persuna ’l fuq minn 60 sena huwa ta’ Lm3,829. Dan huwa t-tieni l-ghola dhul registrat mill-etajiet kollha. Huwa car wkoll li l-maggoranza assoluta ta` l-anzjani f’pajjizna huma sidien ta’ djarhom bi 30% biss li joqghodu go dar mikrija.
L-aktar aspett interessanti pero’ huwa l-aspett tal-konsum. Dan ghaliex il-konsum jiddetermina l-bzonn, u l-kuncett ta’ bzonn huwa krucjali fil-qasam tal-beneficcji socjali ghaliex jekk il-bzonn ta’ livell ta’ ghixien dicenti ma’ jkunx almenu daqs sittin fil-mija tad-dhul, jkun jezisti periklu reali ta’ faqar. Dan ma jidhirx li jezisti ghal dawk li ghandhom il-fuq minn sittin sena. Dan ghaliex mill-Household Budgetary Survey, hareg li persuna anzjana li tghix wahidha tonfoq madwar Lm3,201 fis-sena ghall-ghixien taghha, filwaqt li koppja minghajr tfal b’ta’ l-anqas xi hadd mill-koppja ’l fuq minn 65 sena jonfqu Lm4,621. Dan ifisser, li persuna wahidha jibqalha f’idejha Lm1485 filwaqt li l-koppja l-ohra li semmejt jifdallha Lm2793.
Ghalfejn ghidt dan kollu?
Nahseb li fit-tiftix tas-soluzzjonijiet ghar-riforma dwar il-pensjonijiet hemm bzonn ta’ numru ta’ principji gwida. Dawn il-principji fundamentali huma essenzjali sabiex jinstab il-bilanc necessarju bejn il-htigijiet ekonomici u dawk socjali ghal din ir-riforma. Jekk dawn iz-zewg htigijiet ma jigux moqdija, allura nkunu qed nirriskjaw jew li noholqu problemi finanzjari insostenibbli jew inkella li noholqu inekwitajiet kbar u riskji reali ta’ faqar.
Ser niffoka fuq tlett principji li nahseb li huma essenzjali.
L-ewwel. L-adegwatezza tal-pensjonijiet.
Hemm bzonn li jigi garantit dhul minimu fl-anzjanita’. Grazzi ghas-sistema socjali f’pajjizna, ix-xjuhija m’ghadiex sinonima mal-faqar bin-numru ta’ beneficcji socjali, kemm dawk finanzjarji kif wkoll is-servizzi fil-komunita’ li hloqna. Tajjeb li naghtikhom stampa tad-dhul medju kurrenti fir-rigward tal-pensjonijiet.
Fl-1998, ir-rata medja tal-pensjonijiet ta` l-irtirar kienet ta’ Lm37.68 filwaqt li fl-2003 din ir-rata telghet ghal Lm46.39 fil-gimgha, zieda ta’ kwazi Lm9 fil-gimgha. L-istess jista jinghad ghall-pensjonijiet tar-romol, b’rata medja fil-gimgha ta’ Lm37.03 fl-1998 tizdied ghal Lm45.68 fil-gimgha din is-sena.
Dan minbarra n-numru ta’ servizzi socjali ohra li qed jinghataw, kemm dawk finanzjarji bhalma huma l-Ghanjuniet ghall-Mard u l-Allowance Supplimentari, kif wkoll is-servizzi nazzjonali tas-sahha u l-kura medika, s-servizzi fid-djar u l-komunita’.
Il-problema hija kif ser inkomplu insostnu dan l-istat socjali generuz. Nahseb li c-cavetta principali tinsab fil-kejl tal-bzonn. L-universalita’ trid taghti spazju lill-personalizazzjoni, fejn min ghandu l-aktar bzonn jinghata l-aktar filwaqt li kulhadd ikun garantit kwalita’ ta’ hajja xierqa ghall-istat li jinsab fih. Dan kien il-kuncett kollhu wara l-holqien ta’ indici tal-prezzijiet ghall-anzjani, liema indici jiddetermina z-zieda fil-beneficcju. Hemm bzonn li l-basket li jirregola dan l-indici jkun raffinat sabiex jersaq aktar lejn il-bzonnijiet reali ta` l-anzjani. Huwa kkonfermat, mill-istatistika li kwotajtilkhom aktar il-fuq, li x-xejriet tal-konsum ta` l-anzjani huwa differenti minn dawk ta’ setturi ohrajn tas-socjeta’ u ghadaqstant hemm bzonn li dawn jigu kkunsidrati sabiex l-istrategija politika tkun iffukata fuq minn l-aktar li ghandu bzonn.
Dan huwa kuncett importanti li diga` huwa mibni fis-sistema tal-Pay As You Go, igifieri l-principju tas-solidarjeta’ socjali fejn hemm l-element ta’ distribuzzjoni bejn dawk li qed jikkontribwixxu u dawk li qed jirceivu b’tali mod u manjiera li tinholoq is-solidarjeta` bejn il-generazzjonijiet.
Nixtieq nikkjarifika punt importanti. Ghalkemm nemmen li l-istat ghandu jiggarantixxi dhul minimu ghal livell ta’ ghixien dicenti, ma ghandux jinholoq stat ta’ dipendenza u kulhadd irid jerfa r-responsabbilta’ tas-sostenn tal-futur tieghu. L-istat ghandu jkun il-kontributur ewlieni sabiex jiggieled il-faqar billi jiggieled l-eskluzzjoni socjali, imma ma ghandux ikun is-sine qua non tas-sostenn wara l-irtirar. L-ghaqal u l-prudenza finanzjarja matul il-hajja trid tithaddem jekk tahseb u taghmel tajjeb ghall-irtirar.
It-tieni principju gwida: is-Sostenibbilta’ finanzjarja tas-sistema tal-Pensjonijiet
Kif diga` ghidt, ir-riforma tal-pensjonijiet ma’ tistax tinfired minn riforma aktar wiesgha li dan il-Gvern jinsab kommess li jwettaq, igifieri l-konsolidament tal-finanzi pubblici tal-Gvern sabiex id-deficit finanzjarju jilhaq livelli sostenibbli kif hemm mahsub fil-kriterji ta’ Maastricht. Diga` mxejna passi kbar il-quddiem imma jonqosna hafna izjed x’naghmlu.
Barra mill-bzonn li jigi kkontrollat u riformat l-infiq tal-Gvern, hemm bzonn li jinholoq aktar gid, ghaliex il-holqien tal-gid jiggenera aktar konsum u aktar dhul ghall-Gvern, liema dhul jaghmel tajjeb ghan-nefqa rikorrenti li minna jridu jigu ffinanzjati is-servizzi socjali.
Parti mill-istrategija ta’ dan il-Gvern f’dan ir-rigward huwa l-holqien tax-xoghol. Hemm bzonn li nzidu l-partecipazzjoni produttiva fuq il-lant tax-xoghol. Ghalkemm, l-isfida principali hija fil-qasam tal-partecipazzjoni tan-nisa, li hija baxxa wisq, hemm bzonn ta’ incentiv fiskali sabiex, l-ewwelnett min jinsab bla xoghol jidhol fis-suq tax-xoghol, u t-tieni sabiex jigi skoraggit l-uzu abbuziv tal-beneficcju tal-qghad li bhalissa mhux qed jincentiva bizzejjed lil min hu bla xoghol sabiex jaghmel l-almu tieghu kollhu biex isib xoghol.
Ghalkemm il-Ministeru ghall-Politika Socjali iddikjara u qed iwettaq kontrolli kbar kontra l-abbuz, pero’ jidher li ghad hemm numru sostanzjali ta’ persuni li ghal xi raguni jew ohra jiddeciedu li ahjar jgawdu mill-beneficcju socjali milli jahdmu. Dan m’ghandux ikun u behsiebna li nkomplu nindirizzaw dan l-abbuz fix-xhur li gejjin billi insahhu l-kapacitajiet investigattivi filwaqt li noholqu ambjent li jincentiva t-tahrig kontinwu u l-integrazzjoni tal-partijiet kollha fis-suq tax-xoghol. Barra mill-valur socjali, dan irid isir sabiex tizdied il-kontribuzzjoni ta’ dawk li qed jahdmu favur is-sostenibbilta` tas-sistema tal-welfare f’pajjizna.
Proprju ghaliex jiena nirrikonoxxi li l-gejjieni tal-welfare f’pajjizna jiddependi wkoll fuq kemm ahna nkunu effettivi fil-glieda taghna kontra l-abbuzi, ieghed naghti avviz car minn issa. Tlett snin ilu ghamilna glieda kontra l-abbuzi fic-Children’s Allowance u fil-pensjoni mhux kontributorja. Gibna r-rizultati. Issa qed navza lil kullhadd li dan il-process ser jitwessa biex nindirizzaw oqsma ohra bhall-invalidita`, c-certifikati tal-mard u l-ghajnuna socjali. L-avviz qieghed jinghata lil min japplika ghal beneficcju kif ukoll lill-professjonisti li johorgu c-certifikati.
Imma hemm aspett iehor. Irid jinholoq aktar bilanc bejn il-kontribuzzjonijiet u l-beneficcji. Ma nistghux nghabbu izzejjed lill-generazzjonijiet futuri. Dak li jissejjah bhala s-‘second pillar’ irid jigi artikolat aktar specjalment issa li ghandna l-ghodda sabiex din tkun tista tigi mwaqqfa permezz tal-ligi li ghaddiet fil-parlament aktar tard is-sena l-ohra.
It-tielet u l-ahhar principju gwida li nahseb li huwa essenzjali hija l-importanza li l-qasam tal-pensjonijiet jigi modernizzat sabiex jindirizza r-realtajiet socjali prezenti. Tajjeb nifmhu li l-pensjonijiet kontributorji kif mahsuba fil-ligi tal-1979 m’ghadhomx sinkronizzati mar-realtajiet socjali tad-dinja tax-xoghol, mal-htigijiet tal-familja u mal-organizazzjoni tax-xoghol fl-2003. Ghaldaqstant hemm bzonn li jkun hemm ekwita bejn id-drittijiet li jistghu jinkisbu specjalment f’setturi ta’ xoghol li mhuwiex tipiku bhalma huwa dak tal-‘part-timers’, tas-‘self-employed’ u issa ta’ dawk li jissejhu temporary workers.
Fl-istess hin iridu jigu mnehhija kompletament l-aspetti diskriminatorji li prezentement jezistu bejn in-nisa u l-irgiel aktar u aktar fil-kuntest tal-izvilupp tar-rwoli ekonomici u socjali tan-nisa. Hemm bzonn li anki l-qasam tal-pensjonijiet jkun imfassal sabiex jiffacilita l-bilanc bejn ir-responsabbilitajiet tal-familja u l-htigijiet tax-xoghol ghaz-zewg genituri.
Naghlaq billi naghmel appell. Hemm bzonn li nuru li s-sistema tal-pensjonijiet f’pajjizna hija kapaci li taffronta l-isfidi tal-futur. Biex naghmlu dan irridu nkunu kapaci nharsu fit-tul u nahsbu ghal gejjieni taghna minn issa. Kull gurnata li tghaddi qieghda taghmilha aktar difficli biex insibu s-soluzzjonijiet u ghalhekk nifrah lill-organizzaturi ta’ din il-konferenza ghall-inizjattiva li hadu u nawgura li dak li gie diskuss hawnhekk iservi bhala pass iehor konkret lejn id-decizjonijiet li rridu niehdu lkoll flimkien.
Grazzi
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en