SERVIZZ IEĦOR TA’ L-eGOVERNMENT: ĦLAS TAL-KIRI TAL-GVERN ON LINE
It-tnedija tas-servizz tal-ħlas tal-kiri ta’ propjeta` tal-Gvern b’mod elettroniku huwa estensjoni loġika tat-tibdil li bdejna sentejn u nofs ilu. Sentejn u nofs ilu nbeda l-proċess li permezz tiegħu qtajna l-iskariġġ għan-nies biex imorru jħallsu l-kiri tagħhom il-Belt Valletta sabiex minflok, jħallsu l-kiri tagħhom fil-Kunsilli Lokali. Dan qalu l-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informatika u l-Investiment Austin Gatt meta flimkien mal-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern nieda s-servizz tal-ħlas tal-kiri b’mod elettroniku.
Dan kien l-ewwel servizz ta’ e-Government li qed jingħata permezz tal-Kunsilli Lokali.
Din l-inizjattiva fissret ukoll li seta jsir redeployment tal-ħaddiema li kienu jaħdmu fil-front office ta’ l-istess departiment.
Kemm il-Ministru Gatt kif ukoll il-Ministru Borg għamlu referenza għall-fatt li permezz ta’ dan is-servizz issa hemm iktar minn 21,000 persuna li potenzjalment ser jkunu jistgħu jużaw dan is-servizz b’mod elettroniku.
Permezz tas-servizz imniedi llum, il-ħlasijiet tal-kiri issa jista` jsir ukoll mill-uffiċċju jew mid-dar permezz ta’ l-internet. Dan minbarra l-possibilita’ li llum wieħed jista` jagħmel dan il-ħlas anke permez tal-Web Phones imxerrdin madwar Malta u l-Internet Centres fil-Kunsilli Lokali kollha.
L-Onor. Austin Gatt qal li fl-aħħar mill-aħħar dan kollu jfisser titjieb fil-kwalita tas-servizzi tal-Gvern, aktar kumdita u effiċjenza għal-pubbliku u tkomplija ta’ użu aħjar tar-riżorsi pubbliċi.
Il-Ministru Gatt spjega li l-għan tal-Gvern huwa li sa ftit xhur oħra disgħin fil-mija tas-servizzi kollha tal-Gvern jkunu on-line. Sabiex nilħqu dan l-għan, jonqos is-servizzi marbuta mal-ħlasijiet on-line tal-Income Tax, l-VAT u l-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali. Filwaqt li teknoliġikament is-servizzi huma żviluppati, fil-preżent qed isiru l-aħħar diskussjonijiet dwar l-użu ta’ Electronic Payment Gateway.
L-Onor. Tonio Borg qal li f’din l-era ta’ teknologija ta’ l-informatika u kommunikazzjoni l-Gvern Malti huwa fost dawk minn ta’ quddiem fl-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ gvern elettroniku. Huwa fakkar li f’dawn l-ahhar hames snin saret revoluzzjoni f’dan il-qasam u ghadd ta’ servizzi issa qeghdin on-line. Hemm ghadd ta’ dipartimenti li jaqghu taht id-dekasteru tal-Ministeru ghall-Gustizza u l-Intern li diga joffru servizzi on-line. Fost dawn hemm il-passaporti u r-registru pubbliku kif ukoll għadd ta’ servizzi tal-Qorti.
Prezenti ghall-konferenza kien hemm Dr. Carmelo Misfud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern kif ukoll ufficcjali miz-zewg ministeri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en