AVVIZ TAD-DIPARTIMENT TAT-TELEGRAFIJA MINGHAJR FILI DWAR CORDLESS TELEPHONES
Diversi teknologiji ta' cordless telephony li joperaw fuq numru ta' frekwenzi, qed jintuzaw bhalissa f'45 pajjiz Ewropew. Wara hafna studju u konsultazzjoni ma' l-industriji, il-Conference of Postal and Telecommunications Administrations (CEPT) waslet ghall-konkluzjoni li l-frekwenzi assenjati fil-prezent lill-applikazzjonijiet analague CT 1 u CT 1+ u digital CT 2 li joperaw fuq frekwenzi ta' 900 MHz ghandhom jintuzaw ghal skopijiet ohra fil-futur.
F'Malta, applikazzjonijiet ghal CT 1+ qatt ma kienu approvati biex jintuzaw lokalment, minhabba ragunijiet teknici. Madankollu, ghalkemm applikazzjonijiet ghal CT 1 u CT 2 fil-bidu kienu success, issa hadulhom posthom l-applikazzjonijiet DECT (Digital European Cordless Telecommunications) li joperaw fuq frekwenza armonizzata ma' l-Ewropa kollha, meta mqabbla ma' l-applikazzjonijiet ta' CT 1 u CT 2.
F'dan ir-rigward, id-Direttur tat-Telegrafija minghajr Fili jixtieq jinforma lill-pubbliku in generali, u l-importaturi/bejjiegha bl-imnut in partikulari, li mill-1 ta' Awissu 2003, il-cordless telephones CT 1 u CT 2 m'humiex ser ikunu approvati izjed ghall-uzu f'Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en