OPEN DAY FIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL
Nhar is-Sibt 14 ta` Gunju, fir-Residenza San Vincenz de Paul, is-Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr. Francis Agius, ta bidu ghal Open Day (li kellha ssir il-Hadd 15 ta` Gunju 2003), sabiex il-pubbliku jkun jista’ jara x-xoghol avvanzat li sar fuq is-swali l-godda.
Dawn is-swali, li minn hawn u ftit gimghat ohra ser isir il-ftuh ufficjali taghhom, jinsabu mghammra bl-iktar apparat sofistikat li wiehed jistenna li jkun hemm gewwa residenza ghall-anzjani. Dr. Agius kien imdawwar mas-swali mill-Perit Frank Muscat u l-Inginier Joe Scicluna.
Fid-diskors tieghu Dr. Agius qal li dan il-progett, li llum il-pubbliku jista` jara li x-xoghol qieghed ma l-iskeda taz-zmien li hemm ippjanat biex jinfetah, ser ikun weghda ohra tal-Gvern li jara li l-kura ta’ l-anzjani tkompli tinghata kull prijorita’ f’pajjizna. “Sahhahna din ir-residenza u inkomplu insahhu l-kumplament halli l-anzjani taghna jkomlu jghixu ahjar.”
Permezz ta’ ritratti l-anzjani taghna llum jistghu jaraw id-differenza minn kif kienet din ir-residenza fil-passat ghal kif inhi llum u kif ser tkun ghada. Fil-fatt f’din l-Open Day kien hemm esebiti ritratti ta’ kif kienu l-wards qabel ma twaqqghu ghal kif inhuma llum il-wards il-godda. Din id-differenza hemm bzonn li wiehed jinnotha halli b’hekk wiehed japprezza x-xoghol li qed isir ghall-gid ta’ l-anzjani taghna.
Ma’ din l-Open Day kien hemm ukoll il-festa ta’ Jum il-Missier nhar il-Hadd 15 ta’ Gunju. Dr. Agius sellem lil missirijiet li jinsabu f’din ir-residenza u qal li dawn ghandu jkollhom kull rikonoxximent ghall-hidma li ghamlu biex rabbew il-familja taghhom u llum jinsabu hawn fejn tinghatalhom kura li jixraq li jkollhom. Dr. Agius qassam ukoll rigali lil missirijiet.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en