JUM IL-MISSIER F’GHAWDEX
PR725
14/06/2003
Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, illejla ghamlet żjara fis-swali ta’ l-irgiel (generali) u anzjani fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex, fejn qassmet ukoll xi rigali lil dawk rikoverati.
Il-Ministru Debono wriet l-apprezzament taghha lill-missirijiet u l-kontribut taghhom fil-familja. Hija ddeskriviet is-sehem tal-missier bhala kontribut sinifikanti u fundamentali fit-trobbija ta’ l-ulied u fil-hajja tal-familja. Il-fatt li maż-żminijiet, is-socjetajiet qed jirrikonoxxu s-sehem attiv tal-missier fit-twaqqif u t-trobbija tal-familja, huwa fattur importanti u jawgura tajjeb ghall-familji tal-gejjieni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en