MYWEB SER IKUN ESTIZ GHALL-HADDIEMA FL-ORGANIZZAZZJONIJIET U KUMPANIJI KBAR
"Ser issir hidma biex il-kors myWEB, li ghalih diga` rregistraw ’il fuq minn 7000 persuna, jibda jsir ghall-haddiema f’organizzazzjonijiet u kumpaniji kbar." Dan habbru l-Ministru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, Austin Gatt, waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet fejn gew mnedija lokalment il-korsijiet fl-IT organizzati mill-Universita` ta’ Londra, rapprezentati Malta minn St. Martin Institute.
Fil-prezenza ta’ Dr. David Brownrigg Course Director, u Charles Theuma Principal ta’ St. Martins College, Austin Gatt spjega li "l-hidma taghna fil-qasam tat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni hija ibbazata fuq il-promozzjoni u l-izvilupp ta’ l-ICT fil-Gvern, l-internalizzazzjoni ta’ l-isforzi li qed naghmlu kif ukoll il-holqien ta’ socjeta` bazata fuq l-informazzjoni." Il-Ministru Austin Gatt spjega li dak li ghamilna fis-snin li ghaddew ghandu jservi ta’ pedament sod biex nilhqu l-ghanijiet li ghandna.
Il-Ministru Gatt fahhar din l-inizjattiva li tpoggi lil Malta f’pozizzjoni li noffru diversi possibiltajiet ta’ tahrig fil-livelli kollha. Dr Gatt spjega li l-inizjattivi li ttiehdu jvarjaw mit-tahrig baziku permezz tal-kors myWEB, li huwa purament immirat lejn min ma jafx juza kompjuter, l-ECDL f’livell sekondarju, it-tahrig tekniku specjalizzat offrut mill-MCAST, it-tahrig akkademiku li mil-lum joffru kemm l-Universita` ta’ Malta u dik ta’ Londra, u t-tahrig specjalizzat li qed jigi offrut fl-Akkademji tal-Microsoft, Oracle u Cisco. Il-Ministru Gatt kompla li dawn l-inizjattivi, li qed jghinu biex nizviluppaw ir-rizorsi umani, huma "frott tad-diversi sinergiji li qed jirnexxielna noholqu."
Dr. Austin Gatt kompla li fil-granet li gejjin ser nahdmu biex flimkien ma’ diversi kumpaniji nibdew nipprovdu il-kors myWeb lil haddiema ta’ l-organizzazzjonijiet il-kbar. Dan ghandu jwassal biex nkomplu nifirxu l-uzu tat-teknologija ta’ l-informazzjoni f’kull qasam tal-hajja.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en