Left arrow Mur Lura

PREZENTAZZJONI TA’ CERTIFIKATI LILL-ADULTI

PR721
Date Icon 13/06/2003

Ic-Centru ta’ Taghlim ghal Matul il-Hajja (Lifelong Learning Centre) organizza l-oghti tac-certifikati lill-adulti li attendew dan ic-Centru matul din is-sena skolastika.  Dan ic-Centru jaghmel parti mid-Direttorat ta’ l-Istudji Oghla u Edukazzjoni ghall-Adulti tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni.  Matul din is-sena skolastika attendew 270 adult, li hadu korsijiet li jwasslu ghac-certifikat tas-SEC fil-Malti, Ingliz, Matematika, Taljan, Franciz u Studji Socjali.   

Hemm ukoll korsijiet li jwasslu ghal ECDL kif ukoll korsijiet ta’ ganutell, tatting u bizzilla.  Biex jizdied l-gharfien kulturali qalb l-adulti, ic-Centru jorganizza wkoll hargiet kulturali.   

Huwa fatt li llum aktar minn qatt qabel qed tinhass il-htiega li kull persuna tibqa’ tistudja halli zzomm ruhha aggornata u ttejjeb il-kwalifiki.  Tant li dan ic-Centru qieghed matul is-snin izid fil-popolarita` tieghu ghax kull sena aktar adulti qed japplikaw biex jiehdu korsijiet u jtejbu l-kwalifiki taghhom.  Matul is-sena 2002 sitta u sittin adulti resqu ghall-ezamijiet tas-SEC.  

Is-Surmast ta’ dan ic-Centru, is-Sur Victor Sammut, fid-diskors ta’ merhba qal li l-adulti li jattendu, li l-eta` taghhom tvarja minn 18 u 75 sena, ghandhom programmi ta’ studji personalizzati biex ikunu jistghu jistudjaw skond il-htigijiet u l-livell ta’ edukazzjoni taghhom.  Huwa wera sodisfazzjon li l-adulti li jattendu jaghmlu dan b’impenn u jhossu li ghandhom jaghmlu dak l-isforz zejjed biex jimxu ‘l quddiem fit-taghlim.  

Minn naha tieghu, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea sahaq fuq il-htiega li kulhadd ghandu jibqa’ jitghallem u jzomm ruhu aggornat mat-taghlim biex b’hekk kull persuna tkun kapaci taddata ruhha ghal bidliet li l-avvanzi teknologici qed igibu fil-hajja.  Huwa esprima x-xewqa tieghu li dan ic-Centru ikompli jespandi halli aktar adulti jaghmlu uzu mis-servizzi li joffri dan ic-Centru.   

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow