PREZENTAZZJONI TA’ CERTIFIKATI LILL-ADULTI
Ic-Centru ta’ Taghlim ghal Matul il-Hajja (Lifelong Learning Centre) organizza l-oghti tac-certifikati lill-adulti li attendew dan ic-Centru matul din is-sena skolastika. Dan ic-Centru jaghmel parti mid-Direttorat ta’ l-Istudji Oghla u Edukazzjoni ghall-Adulti tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni. Matul din is-sena skolastika attendew 270 adult, li hadu korsijiet li jwasslu ghac-certifikat tas-SEC fil-Malti, Ingliz, Matematika, Taljan, Franciz u Studji Socjali.
Hemm ukoll korsijiet li jwasslu ghal ECDL kif ukoll korsijiet ta’ ganutell, tatting u bizzilla. Biex jizdied l-gharfien kulturali qalb l-adulti, ic-Centru jorganizza wkoll hargiet kulturali.
Huwa fatt li llum aktar minn qatt qabel qed tinhass il-htiega li kull persuna tibqa’ tistudja halli zzomm ruhha aggornata u ttejjeb il-kwalifiki. Tant li dan ic-Centru qieghed matul is-snin izid fil-popolarita` tieghu ghax kull sena aktar adulti qed japplikaw biex jiehdu korsijiet u jtejbu l-kwalifiki taghhom. Matul is-sena 2002 sitta u sittin adulti resqu ghall-ezamijiet tas-SEC.
Is-Surmast ta’ dan ic-Centru, is-Sur Victor Sammut, fid-diskors ta’ merhba qal li l-adulti li jattendu, li l-eta` taghhom tvarja minn 18 u 75 sena, ghandhom programmi ta’ studji personalizzati biex ikunu jistghu jistudjaw skond il-htigijiet u l-livell ta’ edukazzjoni taghhom. Huwa wera sodisfazzjon li l-adulti li jattendu jaghmlu dan b’impenn u jhossu li ghandhom jaghmlu dak l-isforz zejjed biex jimxu ‘l quddiem fit-taghlim.
Minn naha tieghu, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea sahaq fuq il-htiega li kulhadd ghandu jibqa’ jitghallem u jzomm ruhu aggornat mat-taghlim biex b’hekk kull persuna tkun kapaci taddata ruhha ghal bidliet li l-avvanzi teknologici qed igibu fil-hajja. Huwa esprima x-xewqa tieghu li dan ic-Centru ikompli jespandi halli aktar adulti jaghmlu uzu mis-servizzi li joffri dan ic-Centru.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en