Left arrow Mur Lura

BDIET ĦIDMA TA’ GĦAJNUNA LIL DAWK LI JEĦTIEĠILHOM JIRREGOLAW IRWIEĦHOM FIR-RIGWARD TA’ ‘TRADING LICENCES’ U PERMESSI TAL-MEPA FIŻ-ŻONA TA’ L-IMRIEĦEL

PR718
Date Icon 12/06/2003

Wara li twaqqaf l-ewwel kumitat ta’ azzjoni minn fost is-sidien tan-negozji fiż-żona ta’ l-Imrieħel fejn sar xogħol fuq toroq ġodda, issa kien imiss li jibdew jinżammu numru ta’ laqgħat ma’ sidien tan-negozji, bil-ħsieb li jkunu ssimplifikati l-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozji, kif ukoll permessi ta’ żvilupp tal-MEPA.  

Din il-ħidma kienet imwegħda mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Economici, l-Onor. Edwin Vassallo, li qed jara kif jgħin lil kull min jaħdem f’żoni ndustrijali, sabiex ikollu l-għajnuna meħtieġa biex jikseb il-permessi meħtieġa mill-MEPA kif ukoll il-liċenzji tan-negozji. 

Għalhekk uffiċjali mill-MEPA kif ukoll mill-“iSmall Business Unit” kienu preżenti fiż-żona ta’ l-Imrieħel biex jgħinu lil dawk is-sidien li għad m’għandhomx liċenzja tan-negozju jew li għad għandhom diffikultajiet mal-MEPA biex dawn ikunu ċċarati.  

F’dawn il-laqgħat qed jiġi enfasizzat il-fatt ta’ kemm huwa importanti li s-sidien tan-negozji ż-żgħar ikunu nformati tajjeb dwar kif jistgħu ikunu aktar konformi mal-liġi, u kif jistgħu jadottaw ruhhom għas-sistemi ġodda ta’ applikazzjonijiet ta’ liċenzji tan-negozju, u b’hekk jitħaffilhom il-proċess u tiġi evitata burokrazija bla bżonn. 

Din il-ħidma li bdiet miż-żona ndustrijali ta’ l-Imrieħel ser titkompla f’żoni ndustrijali oħra bħal Ħandaq f’Hal Qormi, fil-Mosta u fiż-żona ndustrijali ta’ Ħal Luqa.  

Huwa meħtieġ li kull min qieghed fin-negozju jifhem il-ħtieġa li jkollu liċenzja tan-negozju.  Il-liċenzja tan-negzoju hija meħtieġa wkoll għal kull min ser japplika għall-kuntratti tal-Gvern.  Negozju bla liċenzja huwa negozju li jkun qed jikser il-liġi.

Issa huwa mistenni - wara li l-Gvern qed jagħmel kull sforz biex jissimplifika l-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozji, u jgħin lil min qed isib diffikulta’ biex japplika għal-liċenzja - li kull min qieghed fin-negozju jkollu l-liċenzja meħtieġa.   

Għalhekk kull min qed jinnegozja f’post li għandu l-permess tal-MEPA, m’għandux għaliex ma japplikax għal liċenzja tan-negozju fuq formola, li faċilment tista’ tinkiseb minn kull uffiċċju tal-Kunsill Lokali, kif ukoll minn fuq l-internet.  

Għal dan il-għan l-iSmall Business Unit fi ħdan id-Diviżjoni tal-Kummerċ qed toffri l-għajnuna kollha meħtieġa lil kull min ikun irid jaf aktar dwar l-applikazzjoni tal-liċenzja tan-negozju. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow