BEJGĦ MINN GROCERS FIL-ĦDUD U FESTI PUBBLIĊI
Il-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi permezz tas-Segretarju Paralmentari Edwin Vassallo jixtieq ifakkar lis-sidien tan-negozji ta’ grocers li jinsabu f’żoni turistiċi, u li għandhom il-ħanut tagħhom mhux akbar minn 200 metru kwadru, u jixtiequ li jibqgħu miftuħa nhar ta’ Ħadd u fil-festi pubbliċi, biex japplikaw għand it-Trade Licensing Unit, Lascaris, Il-Belt Valletta.
B’hekk tkun tista’ tiġi ppubblikata roster bl-ismijiet tal-ħwienet li jkunu jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd skond ir-regolamenti, kif stipulat fl-Avviż Legali li jirregola l-ħinijiet tal-kummerċ.
Għaldaqstant dawk kollha li għandhom ħwienet ta’ grocer li jixtiequ jiftħu nhar ta’ Ħadd u li jikkwalifikaw għal dan il-permess, huma mitlub biex japplikaw għand it-Trade Licensing Unit fuq formola “L”, li jistgħu isibu minn għand il-Kunsill Lokali rispettiv tagħhom.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en