Left arrow Go Back

INTRODOTT L-EWWEL INTERNET CAFÉ GHALL-ISPTAR GENERALI T’GHAWDEX

PR705
Date Icon 10/06/2003

Waqt attivita’ li saret iktar kmieni llum fis-Sala tat-Tfal ta’ l-Isptar Generali ta’ Ghawdex, gie inawgurat l-ewwel internet café fi sptar fil-gżejjer Maltin. L-inawgurazzjoni saret mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex. 

F’diskors qasir ta’ l-okkażjoni, l-Ministru Debono qalet li hija l-politika tal-Gvern li jkompli johloq  socjeta’ ta’ informazzjoni bl-akbar firxa wiesgha possibbli. L-attivita’ ta’ llum kienet pass iehor f’din id-direzzjoni fejn il-Gvern, permezz tal-Ministeru ghal Ghawdex, waqqaf internet café permezz ta’ personal computers (PCs) fis-swali ta’ l-Irgiel, tan-Nisa, tat-Tfal u Residenza Sant’Anna fl-Isptar Generali t’Ghawdex, ghall-użu ta’ pazjenti u viżitaturi. Il-PCs f'dawn is-swali, flimkien ma’ dawk tas-sezzjoni ta’ l-Outpatients/Reception ta’ l-isptar, ser ikunu kkonnettjati f’Local Area Network (LAN) permezz tal-wireless. . 

Tabone Computer Centre Ltd wahhlu s-sistema YellowBlue Internet System fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex proprju sabiex il-pazjenti  jibqa' jkollhom access ghall-internet, anke f’każ ta’ bżonn li jigu rikoverati fl-isptar. Din is-sistema hija accessibbli 24 siegha kuljum. Pazjent jew viżitatur fl-isptar jista’ jaghmel użu minnha permezz ta’ hlas nominali. 

Twahhlet ukoll  sistema li tippermetti notebook computers u handheld PDAs biex jikkonnettjaw ma’ l-internet permezz ta’ sistema high speed wireless. Din hija sistema gdida maghrufa bhala Internet Hotspot (TM) li hija l-iktar connection ta’ l-internet avvanzata fid-dinja llum. 

Din is-sistema ta’ l-internet hija kompatibbli ma’ sistemi ohra f’lokalitajiet differenti mxerrda ma’ Malta u Ghawdex, liema lista hija mniżżla fuq is-sit www.yellowblue.net 

Fl-okkażżjoni ta’ llum, il-kumpanija Tabone Computer Centre Ltd offrew mitt (100) voucher  biex jitqassmu lill-pazjenti ta’ l-isptar. Kull voucher jintitola lill-pazjent ghal 30 minuta ta' access ma’ l-internet minghajr hlas.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow