Left arrow Mur Lura

MAHTURA DISA' ASSISTENTI GUDIZJARJI GODD

PR703
Date Icon 10/06/2003

“F’dawn l-ahhar snin sar sforz kollettiv biex jitjiebu s-servizzi li jigu pprovduti mill-Qrati taghna. Dawn l-isforzi, ntizi sabiex inaqqsu n-numru tal-kawzi pendenti quddiem il-Qrati taghna, jinkludu t-twaqqif ta’ Tribunal ghal Talbiet Zghar u bdil tal-kompetenza tal-Qrati differenti, sabiex ix-xoghol jinqasam ahjar.” 

Dan qalu il-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, l-Onor.  Dr. Tonio Borg meta qassam l-ittra tal-hatra lil disa’ Assistenti Gudizjarji godda. Prezenti ghall-prezentazzjoni kien hemm  is-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru, l-Onor.  Dr. Carm Mifsud Bonnici, Dr. Godwin Grima - Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern u s-sur Charles Micallef - Direttur Generali tal-Qorti. 

Dr. Tonio Borg qal li l-effficjenza fil-Qrati qed tinghata priorita’ mill-Gvern prezenti, bil-ghan biex dejjem jitnaqqas l-inkonvenjent li jista jolqot lill-pubbliku, anki permezz ta’ servizzi godda fit-teknologija ta’ l-informatika. Huwa semma l-hatra ta’ ftit granet ilu ta’ Imhallef gdid,  bhala pass iehor ‘l quddiem biex tissahhah l-istruttura tal-Qrati. “Illum qed nahtru disa` Assistenti Gudizjarji li zgur ser ikomplu jghinu biex is-sitwazzjoni fil-Qrati taghna tkompli titjieb.” 

L-Assistenti Gudizzjarji ghandhom l-inkarigu li jiffaciltaw ix-xoghol ta’ l-Imhallfin u l-Magistrati. Dan billi jippjanaw l-andament tal-kawzi bi ftehim ma’ l-avukati, johorgu mandati u citazzjonijiet meta delegati mill-Qorti, ikunu prezenti waqt ezekuzzjoni ta’ att u jircievu nformazzjoni dwar kawzi ghal separazzjonijiet personali.

Barra minhekk, l-Assistenti Gudizjarji, fost hwejjeg ohra,  jistghu jiehdu xhieda u affidafit, jiddeciedu dwar kompetenza jew relevanza ta’ xhieda, jissostitwixxu lill-Imhallef jew Magistrat f’access fuq il-post. Dan kollu jista’ jghin biex kawzi jkunu jistghu jinqatghu fi zmien ragjonevoli.

Dan il-kuncett qed jizviluppa anki f’pajjizi ohra membri ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u qed jaccerta li l-Qrati jkollhom nies kompetenti biex jghinu fl-obbligi li ghandhom  lejn il-pubbliku  in generali. Ghalhekk il-Gvern irid ikompli jahdem biex jigi zgurat li s-servizzi li jinghataw mill-Qrati taghna jkomplu jitjieb u jsiru iktar efficjenti biex jilhqu l-aspettattivi tac-cittadin. 

Il-Ministru Tonio Borg temm id-diskors tieghu billi qal li huwa jinsab cert li dawn l-Assistenti Gudizjarji ser jaqdu dmirhom bl-ikbar efficjenza u dedikazzjoni u awguralhom hidma professjonali. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow