MAHTURA DISA' ASSISTENTI GUDIZJARJI GODD
“F’dawn l-ahhar snin sar sforz kollettiv biex jitjiebu s-servizzi li jigu pprovduti mill-Qrati taghna. Dawn l-isforzi, ntizi sabiex inaqqsu n-numru tal-kawzi pendenti quddiem il-Qrati taghna, jinkludu t-twaqqif ta’ Tribunal ghal Talbiet Zghar u bdil tal-kompetenza tal-Qrati differenti, sabiex ix-xoghol jinqasam ahjar.”
Dan qalu il-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Tonio Borg meta qassam l-ittra tal-hatra lil disa’ Assistenti Gudizjarji godda. Prezenti ghall-prezentazzjoni kien hemm is-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru, l-Onor. Dr. Carm Mifsud Bonnici, Dr. Godwin Grima - Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern u s-sur Charles Micallef - Direttur Generali tal-Qorti.
Dr. Tonio Borg qal li l-effficjenza fil-Qrati qed tinghata priorita’ mill-Gvern prezenti, bil-ghan biex dejjem jitnaqqas l-inkonvenjent li jista jolqot lill-pubbliku, anki permezz ta’ servizzi godda fit-teknologija ta’ l-informatika. Huwa semma l-hatra ta’ ftit granet ilu ta’ Imhallef gdid, bhala pass iehor ‘l quddiem biex tissahhah l-istruttura tal-Qrati. “Illum qed nahtru disa` Assistenti Gudizjarji li zgur ser ikomplu jghinu biex is-sitwazzjoni fil-Qrati taghna tkompli titjieb.”
L-Assistenti Gudizzjarji ghandhom l-inkarigu li jiffaciltaw ix-xoghol ta’ l-Imhallfin u l-Magistrati. Dan billi jippjanaw l-andament tal-kawzi bi ftehim ma’ l-avukati, johorgu mandati u citazzjonijiet meta delegati mill-Qorti, ikunu prezenti waqt ezekuzzjoni ta’ att u jircievu nformazzjoni dwar kawzi ghal separazzjonijiet personali.
Barra minhekk, l-Assistenti Gudizjarji, fost hwejjeg ohra, jistghu jiehdu xhieda u affidafit, jiddeciedu dwar kompetenza jew relevanza ta’ xhieda, jissostitwixxu lill-Imhallef jew Magistrat f’access fuq il-post. Dan kollu jista’ jghin biex kawzi jkunu jistghu jinqatghu fi zmien ragjonevoli.
Dan il-kuncett qed jizviluppa anki f’pajjizi ohra membri ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u qed jaccerta li l-Qrati jkollhom nies kompetenti biex jghinu fl-obbligi li ghandhom lejn il-pubbliku in generali. Ghalhekk il-Gvern irid ikompli jahdem biex jigi zgurat li s-servizzi li jinghataw mill-Qrati taghna jkomplu jitjieb u jsiru iktar efficjenti biex jilhqu l-aspettattivi tac-cittadin.
Il-Ministru Tonio Borg temm id-diskors tieghu billi qal li huwa jinsab cert li dawn l-Assistenti Gudizjarji ser jaqdu dmirhom bl-ikbar efficjenza u dedikazzjoni u awguralhom hidma professjonali.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en