Left arrow Go Back

IL-PASS LI JMISS HU LI NAĦDMU FLIMKIEN BIEX NISTABBILIXXU “STANDARDS” GĦALL-PRODOTTI LOKALI

PR701
Date Icon 10/06/2003

“Għandna nimpenjaw ruhna sabiex nassiguraw li l-prodott ta' l-artiġjanat Malti jibqa' jingħata l-importanza u l-priorita' fis-suq.  Huwa żball li noqgħodu nħarsu u naħsbu lejn il-limitazzjonijiet tagħna f’kull ma ser inkunu qed nagħmlu.  Għandna nkunu ottimisti u fiduċjużi li m’hemm imkien fejn aħna ma nistgħux naslu.  M’hemmx lok li naqtgħu qalbna, u li noqgħodu nħarsu u nikkunsidraw ix-xejn tagħna, u nipparagunawh mal-ħafna ta’ ħaddiehor.” 

Dan kien il-messagg li ta l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, waqt li kien qed jindirizza lill-manifatturi ta' l-artiġjanat. Din kienet il-ħames minn sensiela ta’ laqgħat informattivi organizzati mill-Euro.Information Centre u l-iSmall Business Unit li qed isiru għal setturi differenti tan-negozju, fil-bini tal-METCO, f’San Ġwann. 

L-Onor. Vassallo qal li għandna nibdew nemmnu fil-potenzjal kummerċjali ta' l-attivita’ tagħna. Il-Malti għandu jħossu kapaċi li jagħmel il-bidliet meħtieġa.  Irid ikun kapaċi li jagħraf il-kapaċita' tiegħu u jilqa' b’idejħ miftuħa l-isfidi li jiġu quddiemu. 

Is-Segretarju Parlamentari sostna li “l-manifattur ta’ kull prodott Malti, irid issa jagħmel il-qabza fil-kwalita'.  Irid jieqaf jaħseb biss ta’ negozjant, fejn ibiegħ bi qliegħ dak li jixtri. Issa f’dan is-suq iżjed kompetittiv jeħtieg li jkun iżjed innovattiv u b’hekk iżjed imprenditorjali.”  Kompla jgħid li l-politika imprenditorjali tiftħilna opportunitajiet ġodda għaliex tgħina nadattaw in-negozju tagħna għal kull sfida. 

“Il-Gvern huwa impenjat li jara li n-negozji ż-żgħar f’pajjiżna jkunu negozji sostenibbli.  Daqs kemm huwa mportanti li l-prodott ikun ġenwin u ta’ kwalita' tajba, daqshekk ieħor hu importanti li l-manifattur lokali jagħmel il-profitti neċessarji.  Is-Segretarju Parlamentari għamel l-appell tiegħu biex dawk li jaħdmu fl-artiġjanat jorganizzaw assoċjazzjonijiet li permezz tagħhom ikunu jistgħu jorganizzaw aħjar il-bejgħ tal-prodotti tagħhom kif ukoll ix-xiri tal-materja prima tagħhom”.   

F’din il-laqgħa, kien hemm ukoll parteċipazzjoni attiva minn dawk li attendew,  fejn diversi uffiċċjali minn diversi għaqdiet setgħu jwieġbu għall-mistoqsijiet, kif ukoll iddiskutew diversi punti mqanqla. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow