FTEHIM TA’ ESTRADIZZJONI BEJN PAJJIZI TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI UNITI
Hekk kif Malta ssir membru ta’ l-Unjoni Ewropea s-sena d-diehla, ser tkun tista’ tifforma parti minn ftehim li ntlahaq bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar l-estradizzjoni ta’ persuni hatja ta’ reati fil-pajjizi koncernati.
Dan habbru l-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Tonio Borg wara li attenda ghal-Laqgha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Gustizzja u l-Intern ta’ l-Unjoni Ewropea u Intern, li saret fil-Lussemburgu, l-gimgha li ghaddiet. Malta ghandha l-posizzjoni ta` osservatur attiv f`dan il-Kunsill, sakemm issir membru bil-vot, fl-1 ta` Mejju 2004.
Il-Ministru Borg enfasizza li dan il-ftehim jghodd minkejja l-piena kapitali li tezisti f`xi stati ta’ l-Istati Uniti u dana minhabba li artiklu specifiku tal-ftehim, Artiklu 13, jghid li f’dawk il-pajjizi fejn ghadha tezisti l-piena kapitali, il-pajjiz partikolari irid jiggarantixxi li din il-piena mhux ser tinghata lil dik il-persuna estradita. Biex persuna tkun tista’ tigi estradita bejn pajjiz u iehor trid tkun inghatat piena ta’ iktar minn sena prigunerija.
Il-Ministru Borg qal li huwa perswaz li d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ser ikun ta’ ghajnuna kbira ghall-pajjizna fl-oqsma tal-Gustizzja u l-lntern, l-iktar fil-glieda kontra l-kriminalita’ li llum m`ghandhiex fruntieri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en