Left arrow Go Back

FTEHIM TA’ ESTRADIZZJONI BEJN PAJJIZI TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI UNITI

PR698
Date Icon 10/06/2003

Hekk kif Malta ssir membru ta’ l-Unjoni Ewropea s-sena d-diehla, ser tkun tista’ tifforma parti minn ftehim li ntlahaq bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar l-estradizzjoni ta’ persuni  hatja ta’ reati fil-pajjizi koncernati. 

Dan habbru l-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, l-Onor.  Dr. Tonio Borg wara li attenda ghal-Laqgha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Gustizzja u l-Intern ta’ l-Unjoni Ewropea u Intern, li saret fil-Lussemburgu, l-gimgha li ghaddiet. Malta ghandha l-posizzjoni ta` osservatur attiv f`dan il-Kunsill, sakemm issir membru bil-vot, fl-1 ta` Mejju 2004. 

Il-Ministru Borg enfasizza li dan il-ftehim jghodd minkejja l-piena kapitali li tezisti f`xi stati ta’ l-Istati Uniti u dana  minhabba li  artiklu specifiku tal-ftehim, Artiklu 13,  jghid li f’dawk il-pajjizi fejn ghadha tezisti l-piena kapitali, il-pajjiz partikolari irid jiggarantixxi li din il-piena mhux ser tinghata lil dik il-persuna estradita.  Biex persuna tkun tista’ tigi estradita bejn pajjiz u iehor trid tkun inghatat piena ta’ iktar minn sena prigunerija. 

Il-Ministru Borg qal li huwa perswaz li d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ser ikun ta’ ghajnuna kbira ghall-pajjizna fl-oqsma tal-Gustizzja u l-lntern, l-iktar fil-glieda kontra l-kriminalita’ li llum m`ghandhiex fruntieri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow