Left arrow Mur Lura

ID F'ID NIĊĊELEBRAW – FESTIVAL TAL-FAMILJI LI PPARTEĊIPAW FIL-PROGRAMMI TAL-FONDAZZJONI GĦAL SERVIZZI EDUKATTIVI

PR692
Date Icon 08/06/2003

Illum, il-Ħadd 8 ta’ Ġunju, l-Onor. Dr Louis Galea, Ministru ta’ l-Edukazzjoni żar l-attivita’ Id f'Id Niċċelebraw, Festival tal-familji li pparteċipaw fil-programmi tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi matul is-sena skolastika 2002 - 2003.  Dan il-Festival annwali sar fl-Iskola Guardian Angel, fi Triq Farsons il-Ħamrun, mid-9.30 a.m. sas-1.30 p.m.  

L-għan tal-Festival kien li l-familji li pparteċipaw f'xi wieħed mis-servizzi u l-programmi tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi japprezzaw ix-xogħol u l-progress li sar minnhom u mill-parteċipanti tas-servizzi kollha tal-Fondazzjoni. Dan sar b'żewġ modi.   

L-ewwel nett ittellgħet wirja tal-ħidma li saret fil-programmi kollha. Fl-istess ħin, il-ġenituri ġew mistiedna jħaddmu l-ħiliet li kienu tgħallmu waqt il-programmi, billi jorganizzaw u jmexxu workshops għal ġenituri oħra.  

Fil-fatt saru sittax-il workshop u diskussjonijiet ippreparati u mmexxija mill-ġenituri stess.  Fost it-temi ta' dawn il-workshops kien hemm

·        Kif nistgħu nagħmlu l-homework u l-qari iktar interessanti

·        Kif il-ġenituri jistgħu jgħinu lit-tfal tagħhom fl-Ingliż

·        Il-Kompjuter bħala għodda ta' tagħlim

·        Ngħinu lit-tfal tagħna jsiru indipendenti u responsabbli

·        Il-ħbieb tagħna l-annimali

·        Tagħlim bil-gost fis-Sajf

·        Il-logħob, kif jista' jgħin lit-tfal

·        Napprezzaw lilna nfusna

·        Il-misħija titfek lura. 

Fil-workshops ħadu sehem mijiet ta' familji minn Malta u Għawdex. Ħadu sehem ukoll il-Ministru Galea u ufficjali għolja mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, fosthom id-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni, is-Sur Charles Mizzi.

Il-Ministru Louis Galea wera l-apprezzament tiegħu għall-ħidma sfiqa tal-ġenituri u ta' l-istaff tal-Fondazzjoni. Huwa qal li meta kienet twaqqfet il-Fondazzjoni, ix-xewqa tiegħu kienet li din  toffri servizzi li jikkomplimentaw u jsaħħu l-ħafna tajjeb li diġa' qed isir fil-klassijiet ta' pajjiżna, biex l-iskejjel tassew ikunu għas-servizz tal-komunita'.  

"B'dan il-mod ukoll, ridna li jitlaħħam il-Kurrikulu Nazzjonali, li jserraħ fuq it-trepied tat-tisħib tal-ġenituri fl-edukazzjoni, edukazzjoni ta' kwalita' għal kulħadd, u t-tisħiħ tal-ħidma ta' l-iskejjel. Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija li l-għanijiet tal-Fondazzjoni qegħdin jitwettqu," kompla l-Ministru Galea.  

Louis Galea ħabbar li fix-xhur li ġejjin, is-servizzi tal-Fondazzjoni se jkomplu jikbru u joktru biex jilħqu iktar skejjel u iktar familji, b'mod speċjali dawk li l-iktar għandhom bżonn din l-għajnuna. 

Fil-ftit anqas minn sentejn li ilha topera, l-Fondazzjoni ħadmet ma' madwar 1,500 familja, u tat taħriġ speċjalizzat lil aktar minn 80 għalliem. Twaqqfu għoxrin ċentru madwar il-pajjiż kollu għall-programmi tal-Fondazzjoni, u gew megħjuna 49 skola fl-iżvilupp edukattiv tagħhom.  

Apparti l-workshops għall-ġenituri, il-Festival kellu wkoll ħafna attivitajiet ta' gost u tagħlim għall-familja kollha. Fosthom spikkat attivita' organizzata mic-Centru tat-Teknoloġija u x-Xjenza tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, li fiha l-familji kellhom jibnu u jtellqu 'buggy' minn materjal ipprovdut. Kien hemm ukoll attivitajiet ta' drama, mużika, arti u sport għall-familja organizzati mill-Activity Teachers mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni.  

Waqt il-Festival, Ms Nora Macelli, Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, ippreżentat lill-Ministru Galea kopja ta' l-ewwel Magażin tal-Fondazzjoni, li fih ħafna 'handouts' u materjal ieħor ippreparat mill-ġenituri għall-ġenituri miċ-Centri u servizzi differenti. 

Din hi t-tieni darba li, l-istaff tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, wettaq ħidma volontarja fil-jum tal-festival tal-familja “Id f’Id Niċċelebraw”.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow