Left arrow Mur Lura

MIDALJA BIEX TFAKKAR IL-ĦAMSA U SEBGĦIN ANNIVERSARJU MIR-RE-INTRODUZZJONI TA’ GVERN RESPONSABBLI F’MALTA

PR691
Date Icon 07/06/2003

Fl-1996 il-Gvern approva l-ħruġ ta’ Midalja biex jikkommemora l-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-Re-introduzzjoni ta’ Gvern Responsabbli f’Malta.  Ir-Regoli dwar l-għoti ta’ din il-Midalja ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ l-14 ta’ Mejju 1996. 

It-ħruġ tal-Midalja sar bis-saħħa ta’ l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika li jipprovdi li “Il-President, li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru, jista’ jordna l-ħruġ ta’ midalji biex ifakkru ġrajja, jew l-anniversarju ta’ xi ġrajja, ta’ importanza nazzjonali.” 

Din il-ġrajja mportanti fl-istorja ta’ l-iżvilupp tad-Demokrazija f’Malta seħħet meta, fl-1 ta’ Novembru 1921, ġie inawgurat l-ewwel Parlament wara r-Re-introduzzjoni ta’ Gvern Responsabbli waqt laqgħa tal-membri tas-Senat u ta’ l-Assemblea Leġislattiva eletti fl-elezzjoni li kienet saret ftit qabel taħt il-Kostituzzjoni ‘Amery Milner’. 

L-għoti ta’ din il-Kostituzzjoni kien ukoll riżultat dirett ta’ dak li kien seħħ sentejn qabel fis-7 ta’ Ġunju 1919 u r-rabta bejn dawn iż-żewġ dati toħroġ ċara mir-Regoli ta’ l-1996 dwar il-Midalja li jistabbilixxu li l-għotja tkun b’effett mis-7 ta’ Ġunju 1996, u li l-midalja tingħata “lil kull min kien ħaj fis-7 ta’ Ġunju 1996 u li f’xi żmien mill-1 ta’ Novembru 1921 kien membru tas-Senat, ta’ l-Assemblea Leġislattiva jew tal-Kamra tad-Deputati.  Iżda kull min fis-7 ta’ Ġunju 1996 kien għadu Membru tal-Kamra tad-Deputati seta’ jiġi ppreżentat biss bil-Midalja ġaladarba jtemm milli jibqa’ membru.” 

Mija tlieta u tletin persuna kienu jew għadhom ntitolati għall-Midalja li minnhom tmienja u tmenin ġa rċevew il-Midalja.  

Din is-sena disa’ persuni li kienu membri parlamentari ser jirċievu l-Midalja waqt Ċerimonja li se ssir fis-7 ta’ Ġunju 2003 fis-Sala ta’ l-Ambaxxaturi fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.  Dawn huma: 

Dottor Michael Refalo

It-Tabib John Vella

L-Ispiżjar Michael Bonnici

Is-Sur Manuel Borda

It-Tabib Joseph Psaila Savona

Il-Perit Carmel Borg

It-Tabib Louis Buhagiar

Dottor Joe Cilia

Dottor George Hyzler

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow