Jinħatar il-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti Għall-iSport
PR68
20/01/2003
| Meta illum kien qed jindirizza l-Bord tad-Diretturi il-ġdid tal-Kunsill | Malti għall-iSport, is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Jesmond Mugliett esprima s-sodisfazzjon tiegħu li wegħda elettorali oħra ta’ din il-leġislatura – dik li tidħol fis-seħħ Liġi għall-iSport - issa bdiet titwettaq. L-ewwel pass konkret huwa l-ħatra tal-Kunsill, filwaqt li fil-ġranet li ġejjin mistenni jkun ippubblikat l-Avviż Legali fejn tidħol fis-seħħ il-Liġi. |
| Wara li ġiet imnedija ‘White Paper’ nhar il-25 | ta’ Awissu 2001, u sar process ta` Konsultazzjoni pubblika, li ngħalaq b’laqgħa u seminar nazzjonali ma’ esperti tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, ġew evalwati l-kummenti u s-suġġerimenti kollha, saru diversi emendi, li wasslu sabiex fid-29 ta’ April 2002, il-Kabinett approva li l-Abbozz tal-Liġi jiġi moqri għall-ewwel darba. |
| Id-dibattitu parlamentari fl-istadju ta` tieni qari | beda fit-tieni gimgħa ta’ Lulju 2002 sabiex eventwalment, l-abbozz għadda mit-tielet qari nhar l-20 ta’ Novembru 2002. |
| Is-Segretarju Parlamentari awgura lill-Kunsill Malti | għall-iSport għall-ħidma li dieħel għaliha. L-għan wara t-twaqqif tal-Kunsill huwa sabiex il-ħidma tal-Gvern fl-isport tkun aktar strateġika. Il-Liġi għall-iSport għandha tgħin lill-isport f’Malta jibqa` jikber fuq il-principji u l-valuri vera ta` l-isport. Il-kompożizzjoni tal-Bord tirrifletti l-ambjenti diversi li jeżistu fl-isport Malti u kompetenzi varji bħall-amministrazzjoni, nies mill-medicina sportiva, atleti u edukaturi. |
| Il-Kunsill Malti għall-iSport għandu numru ta` | obbligi li joħorġu mil-Liġi li jrid iwettaq immedjatament. Fost dawn hemm li fi żmien sitt ġimgħat mill-ħatra, jlesti u jissottometti pjan ta` strateġija ghall-tlett snin; li fil-bidu ta` kull sena jagħmel pjan ta` ħidma, li jlaqqa` Forum ta` Assocjazzjonijiet u Federazzjonijiet nazzjonali sabiex jiġu kkonsultati fil-tfassil tal-istrateġija u li sitt ġimgħat qabel tmiem ta` kull sena finanzjarja, jħejju estimi tad-dħul u nefqa għas-sena ta` wara. |
| Minbarra dawn l-obbligi li joħorġu mil-Liġi, hawn | numru ta` ħteġijiet li jeħtieġ ikunu indirizzati mmedjatament. Fost dawn hemm l-ingaġġ ta` Kap Ufficjal Eżekuttiv ta` l-istess Kunsill, kif ukoll deciżjonijiet dwar it-tmexxija u t-treġija tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, kompla s-Segretarju Parlamentari Mugliett. |
| Ix-xhur li ġejjin, li se jkun perjodu ta` | tranżizzjoni, fejn wara li l-Kunsill Malti għall-iSport isib saqajh, jieħu l-funzjonijiet kollha tad-Dipartiment tal-iSport. |
| Il-Perit Mugliett ħeġġeġ lill-Kunsill sabiex | filwaqt li jieħu bis-serjeta` ir-rwol tiegħu ta` regolatur, jassumi aktar ir-rwol ta` promotur għal aktar partecipazzjoni fl-isport, għal aktar etika fl-isport, sabiex jintlaħaq l-għan li għalih ġiet imwaqqfa din il-Liġi, dik li jissaħħaħ l-isport Malti. |
| L-ewwel Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti | ghall-Isport, kif imwaqqaf mil-Ligi l-Ġdida huwa kompost minn : |
Chairperson |
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931