Left arrow Mur Lura

‘FREE TRADE’ MA JFISSIRX LI KULĦADD JISTA’ JAGĦMEL LI JRID – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR679
Date Icon 03/06/2003

“In-negozju ż-żgħir f’Malta kien minn dejjem meqjus bħala l-mutur ta’ l-ekonomija.  Jeħtieġ li nidraw naħdmu lkoll flimkien sabiex insaħħu dan, u l-Gvern jimpenja ruħu jgħinkom tkunu kapaċi tagħmlu l-għażliet tagħkom sabiex in-negozju tagħkom isir aktar sostenibbli. Hemm bżonn li tqumu u tiddefendu lilkom infuskom.  Min hu kontra, qed jipprova jsemma leħnu, u għalhekk hu d-dover tagħkom li tinfurmaw lill-pubbliku rigward il-ġenwinità tal-prodott, u s-servizz li l-imprenditur Malti kapaċi u qiegħed joffri lill-pubbliku.”  

Dan qalu l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, meta kien qed ikellem lill-produtturi ta’ l-għamara f’waħda minn sensiela ta’ laqgħat informattivi li qed isiru għal setturi differenti tan-negozju, fil-METCO. 

“Id-dmir taghna hu li naraw suq organizzat, b’regolamenti li jkunu xorta għal kullħadd.  Ma nistgħux ninterpretaw il-kunċett ta’ ‘free trade’ bħala sistema bla regolamenti, fejn issaltan il-liġi tal-ġungla.  Aktar ma nħaddmu din il-politika, aktar għandna bżonn insegwu regolamenti ta’ organizzazzjoni.  Għandna nibdew nagħtu kas, u jimpurtana minn ħaddieħor.  Fin-negozju hemm lok aktar ta’ kompetizzjoni intelliġenti.  Irridu nkunu kapaċi naħdmu u nitgħallmu minn xulxin.  Hemm opportunitajiet ġodda, fejn nistgħu naħdmu flimkien.” 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar li qed tiġi studjata l-idea ta’ “Business Clinic”, fejn rappreżentanti, uffiċjali u esperti minn diversi entitajiet governattivi, jkunu jistgħu jibdew iżuru negozji li jkunu għaddejjin minn xi mumenti diffiċli, biex b’hekk ikunu jistgħu jirċievu għajnuna, u jiġi stabbilit il-kaġun tal-problema. 

Meta kien qed jirreferi għal dawn ir-rappreżentanti ta’ diversi għaqdiet governattivi u entitajiet ohra, li lkoll kienu preżenti għal din il-laqgħa, l-Onor. Edwin Vassallo qal li dawk li sal-lum kienu jitqiesu u nħarsu lejhom bħala xi forma ta’ pulizija fuqna, illum dawn qegħdin hemm biex isiru sħabna fin-negozju. l-iSmall Business Unit, il-Malta Standard Authority, u l-Euro Info. Center, fost l-oħrajn, huma fost dawk li lesti jibnu relazzjoni tajba magħkom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow