Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JINKORAĠĠIXXI T-TWAQQIF TA’ NUMRU TA’ ASSOĊJAZZJONIJIET TA’ IMPRENDITURI LOKALI

PR676
Date Icon 02/06/2003

“Ejjew ma nibqgħux komdi naħdmu għas-suq lokali biss.  Irridu nsibu l-kuraġġ li niskomodaw lilna nfusna u nibdew naħsbu aktar kif nistgħu nkunu aħjar. L-importanza li nibdew naħdmu f’suq wieħed u komuni issa saret imminenti. Irridu nippreparaw irwieħna sabiex nakkwistaw l-aktar informazzjoni possibbli, u b’hekk inħossuna kunfidenti li nikkompetu fuq firxa akbar, u ntejjbu l-kwalita’.”   

Hekk qal fid-diskors tieghu l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, meta ndirizza lill-furnara u d-dulċiera, fit-tielet minn sensiela ta’ laqgħat informattivi organizzati mill-Euro. Information Center u l-iSmall Business Unit, li qed isiru għal setturi differenti tan-negozju, fil-bini tal-METCO, f’San Ġwann. 

Min-naħa tal-Gvern, qed isir studju ta’ kif jista’ jinbena djalogu, u jiġi stabbilit fejn l-imprenditur Malti jista’ jespandi.  Qed jiġu identifikati dawk il-pajjiżi Ewropej, fejn aħna għandna jkollna vantaġġ li nifirxu n-negozju. 

L-Unjoni Ewropea fetħitilna opportunitajiet ġodda.  Id-dulċiera u l-furnara Maltin huma kapaċi.  Uħud kapaċi jaslu bil-kapaċita’ tagħhom waħedhom.  Oħrajn issibhom aktar żguri wara li jitolbu l-għajnuna ta’ diversi entitajiet governattivi. Imma huwa fatt li issa wasal iż-żmien li nemmnu f’tipi ta’ assoċjazzjonijiet ta’ imprendituri lokali fejn gruppi ta’ negozji żgħar jgħarrfu l-vantaġġ li tkun magħqud flimkien u jinfetħu bibien ġodda ta’ opportunitajiet. 

F’din il-laqgha, dawk preżenti setgħu jipparteċipaw f’diskussjoni fuq is-suġġett, fejn diversi uffiċjali minn diversi għaqdiet kienu għad-dispożizzjoni tagħhom. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow