Left arrow Mur Lura

DR. FRANCIS AGIUS IZUR XOGHLIJIET LI QED JITWETTQU B’RISQ L-ANZJANI

PR674
Date Icon 02/06/2003

Dalghodu, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Francis Agius mar jara x-xoghol li qed isir fuq id-Day Centre ta’ Santa Venera. Dan id-Day Centre li qed issir flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Santa. Venera ser jigi nawgurat  fil-futur qrib.  

Il-Kunsill Lokali mill-fondi li jircevi mill-Gvern Centrali, ser ikollu l-opportunita’ li issa jkollu d-Day Centre tieghu, halli b’hekk, numru sabih ta’ anzjani jkollhom fejn iqattghu l-gurnata taghhom.  

Dr. Agius wera’ s-sodisfazzjon tieghu li x-xoghol jinsab ghaddej b’ritmu mghaggel u tenna li ser jara’ li dan id-Day Centre jiftah kif ippjanat. Huwa tenna l-appell tieghu biex  iktar Kunsilli Lokali juru nteress li jifthu day centres fil-lokalita’ taghhom. 

Dr. Agius zar ukoll ix-xoghol li qed issir fl-ufficini li qed jigu restawrati f’ numru 3, Old Mint Street, Valletta. Dawn l-ufficini ser ikollhom il-funzjoni ta’ one stop shop.  

Minn hawn l-anzjani jew il-qraba taghhom jistghu jinqdew kemm minn formoli ghal homes, kif ukoll ghal San Vincenz; u ser ikun hemm ukoll id-dipartiment tal-customer care.  

Dr. Agius qal li dan l-ufficcju ser iservi biex b’hekk hafna minn nies li jkunu jridu jinqdew, issa ser ikollhom ic-cans li jghamlu dan billi juzaw karozza wahda u ghalhekk hemm inqas tragitti. Dr. Agius qal li minn dan l-ufficcju, li qabel kien Sta. Venera, issa iktar nies ser ikollom il-kumdita’ li jinqdew malajr u b’inqas inkonvenjent. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow