SILTIET MID-DISKORS TAL-MINISTRU GHALL-GUSTIZZJA U L-INTERN DR. TONIO BORG WAQT ZJARA FID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI CIVILI QABEL TINTBAGHAT GHAJNUNA UMANITARJA LEJN L-ALGERIJA
Il-poplu Malti huwa maghruf ghall-generozita tieghu. Sa minn zmien il-qedem il-Maltin dejjem ghamlu dak li setghu biex jghinu lill-ghajrhom, tant li l-generozita taghhom hija sahansitra msemmija fil-Bibbja.
Disastri naturali sfortunatament isehhu spiss u meta jigru jhallu effett ikrah hafna fuq l-umanita`. It-terremot li laqat lill-Algeria ftit tal-granet ilu ghamel herba shiha f’dan il-pajjiz, b’eluf kbar ta’ vittmi u numru ikbar ta’ nies korruti. Dan minbarra l-hsara kbira li saret f’bini u infrastuttura li affettwat il-hajja ta’ ghexieren ta’ eluf ta’ nies. Il-poplu Algerin bhalissa ghaddej minn kalvarju u allura kien xieraq li ahna, bhala poplu nippruvaw nghinu, anki fil-limitazzjonijiet taghna.
L-Unjoni Ewropea ghandha programm ‘Mekkanizmu ghall-Protezzjoni Civili’ li permezz tieghu, f’kazi ta’ disastri, il-pajjizi fl-Unjoni jistghu jitolbu mill-ewwel ghajnuna minn pajjizi membri. L-Unjoni Ewrpea iddecidiet li l-Mekkanizmu jigi estiz ukoll ghall-pajjizi li ser jissiehbu. Malta iffirmat il-ftehim li gie fis-sehh fl-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena.
Minkejja li l-Algerija mhux pajjiz membru, l-Unjoni Ewropea laqghet talba li saret mill-awtoritajiet Algerini ghall-ghajnuna u ghaddiet din it-talba lill-pajjizi membri u lil dawk li ser jissiehbu. Numru tajjeb minn dawn il-pajjizi, inkluz Malta, offrew l-ghajnuna taghhom.
Kif waslet it-talba, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mill-ewwel ha l-inizjattiva u beda jikkordina biex tintlaqa din it-talba. Tul dawn l-ahhar granet ingabret kwantita sostanzjali ta’ provisti li illum bdew jintbghatu lejn l-Algerija. Il-poplu Malti ghal darb’ohra wera l-qalb kbira tieghu fil-kwantita ta’ affarijiet li gabar biex jghin lil min bhalissa qed ibghati.
Ma kienx biss il-pubbliku li ghen. Kien hemm hafna azjendi privati, agenziji tal-Gvern kif ukoll ghaqdiet volontarji. Involuti mill-qrib kienu il-Ministeru tas-Sahha, li offra medicinali u l-linja nazzjonali l-Air Malta, li offriet li igorr medicina u apparat iehor mediku. Qed isiru tahdidiet mas-Sea Malta biex din ggorr minghajr hlas il-container mimli provisiti li ngabru mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Il-Missjoni Militari Taljana li hawn f’Malta ukoll qed taghti s-sehem attiv taghha, xhieda tal-hbiberija u koperazzjoni li tezisti bejn iz-zewg pajjizi.
Haga ohra li issa drajna huwa l-involviment tal-volontarjat fi tragedji bhal dawn joffri l-ghajnuna tieghu. Is-St. John Ambulance Brigade u r-Red Cross kienu minn ta’ l-ewwel li offrew li jghinu biex itaffu t-tbatija ta’ min ghaddej minn din it-tragedja, u kienu involuti tul il-process kollu. Fil-fatt membu mis-St John’s Ambulance ghandu jikkumpanja volontier mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Nixtieq mirringrazzja lil dawk kollha li kienu involuta f’din l-inizjattiva umanitarja, specjalment lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, lill-entitajiet kollha li taw l-ghajnuna taghhom kif ukoll lill-poplu Malti li ghal darb’ohra wera kemm ghandu qalb kbira ma’ min ikollu bzonn l-ghajnuna.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en