IT-TARZNA TIRBAĦ IL-KUNTRATT TAL-USS LA SALLE
Is-Sitt Flotta Amerikana llum ħabbret li t-Tarzna ta’ Malta rebħet il-kuntratt ta’ tiswijiet u xogħlijiet oħra fuq il-vapur USS La Salle.
Dan il-kuntratt intrebaħ wara kompetizzjoni ħarxa bejn tarzni Mediterranji, l-aktar prominenti fosthom tarzni Kroati u Spanjoli.
Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informatika u Investiment, Austin Gatt, jesprimi sodisfazzjon għas-suċċess tal-ħidma tat-tmexxijja l-ġdida tat-Tarzna biex rebħet dan il-kuntratt. “Dan hu riżultat ieħor ta’ l-istrateġija tal-Gvern immirata biex iġġib it-Tarzna fuq saqajha. Ir-ristrutturar fit-Tarzna li qed idaħħal il-Gvern qed issa jrendi f’riżultati tajbin għall-kompetittività tat-Tarzna. Il-kompetittività qed tissarraf f’xogħol li ser ifisser li fis-snin li ġejjin it-Tarzna ssir vijabbli.”
Ir-rebħa tal-kuntratt tal-USS La Salle turi li bdiet tinqaleb il-folja għat-Tarzna. Biex dan beda jseħħ kien jeħtieġ viżjoni ambizzjuża u direzzjoni ċara mill-Gvern, kif ukoll management professjonali li jaf jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi tiegħu biex ma jgħerrix il-kompetittività u jaf jisfrutta l-opportunitajiet kollha li joffri s-suq.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en