SE JKUN HEMM HTIEGA GHAL HAFNA INGINIERA U TEKNICI
Fil-hames snin li gejjin l-ekonomija Maltija se jkollha bzonn timpjega mijiet ta’ inginiera u teknici biex tibqa’ taghmel il-progress mehtieg.
Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea, li huwa responsabbli wkoll mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig (ETC), meta ha sehem fl-ETC Clients’ Forum ghall-Employers mis-settur tal-elettronika.
Il-Ministru Galea kompla jghid li d-dinja tax-xoghol u d-dinja ta’ l-edukazzjoni u t-tahrig b’urgenza jenhtiegu jahdmu flimkien b’mod strategiku biex jigi assigurat li l-pajjiz ikollu l-haddiema mharrga li hemm bzonn ghall-izvilupp ekonomiku tieghu.
It-tibdil mghaggel fl-uzu tat-teknologija avvanzata qed igib mieghu l-htiega assoluta ta’ aggornament u tahrig kontinwu b’certifikazzjoni li tiggedded b’mod rilevanti ghad-dinja tax-xoghol.
Skond il-Labour Survey 2002, 4% ta’ dawk li diga’ jahdmu huma fl-impjieg ta’ technicians u professjonijiet assocjati.
Il-Ministru Galea talab il-koperazzjoni ta’ l-employers fis-settur ta’ l-industrija tas-servizzi bl-iskop tat-tishib taghhom fil-process ta’ taghlim u tahrig tal-istudenti Maltin sa mil-livell sekondarju.
Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali diga’ jaghti d-direzzjoni sabiex mil-livelli primarji t-tfal jibdew isiru konxji tal-kwalita’ tad-dinja tax-xoghol ta’ madwarhom. Il-Ministru Galea habbar li fi zmien qasir il-Ministeru tal-Edukazzjoni se jibda jiddiskuti ma’ dawk interessati l-ewwel abbozz ta’ strategija nazzjonali ghall-edukazzjoni tul il-hajja (life long education).
Huwa kompla jghid li l-Gvern qed jaghti importanza qawwija lill-edukazzjoni vokazzjonali bit-twaqqif tal-MCAST kif ukoll bit-tishih tas-suggett tal-edukazzjoni teknologika.
Issa ser jitfasslu l-mizuri mehtiega ta’ riforma fl-iskejjel sekondarji biex anki dawn jipprovdu ambjent aktar effettiv ghat-thejjija ta’ studenti b’xehta vokazzjonali.
Il-Gvern qed jaghti l-oghla importanza ghall-izvilupp tal-hiliet mehtiega fit-teknologija tal-informatika. Fl-Institute of Electrical and Electronics Engineering fl-MCAST, bhalissa hemm 350 student jiehdu t-tahrig taghhom. Il-Ministru Galea qal li l-Gvern qed jinvesti fir-rinovament ta’ laboratorji u workshops u japprezza l-ghotjiet ta’ taghmir li jiswa eluf ta’ liri, moghtija mill-kumpanniji Brandstatter Group, ST microelectronics, Methode u Electra Ltd.
L-ETC bhalissa qed tmexxi 80 programm ta’ taghlim li jvarjaw minn livelli bazici sa livelli avvanzati f’oqsma li jvarjaw mill-informazzjoni teknologika sal-kummerc. Hafna minn dawn il-korsijiet gew iddisinjati skond il-htigijiet tal-employers.
Fil-Forum hadu sehem ukoll is-Sur John Camilleri, Kap Ezekuttiv tal-Korporazzjoni, is-Sur Joe Cutajar, Senior Manager Training Services tal-ETC, is-Sur John Sciberras mill-MCAST, u s-Sur Michael Bonello, employer mis-settur tal-elettronika.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en