AWTURI TFAL TA’ KOTBA BL-INGLIZ
Bl-iskop li jissahhah il-livell tal-kitba bl-ilsien Ingliz, l-iskola Primarja Dun Karm Scerri tan-Naxxar hadet l-inizzjattiva sabiex tinkoraggixxi l-istudenti jiktbu ktieb bl-Ingliz.
Frott ta’ din l-inizjattiva, inkitbu mal-500 ktieb li jkopru diversi suggetti li jvarjaw minn stejjer ta’ avventuri ghal stejjer investigattivi.
Wirja ta’ dawn il-kotba giet inawgurata dalghodu mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea fl-istess skola.
Waqt li kienu qed jiktbu dawn il-kotba it-tfal inghataw l-ghajnuna tal-ghalliema u l-genituri taghhom. Permezz ta’ dan il-process, it-tfal tghallmu kif joholqu storja, jqassmuha f’kapitli u jizviluppaw is-suggett. Kull ktieb igib l-isem ta’ l-istudenti bhala awturi u jinkludi wkoll dedika ghal xi hadd ta’ l-ghazla tat-tfal.
Prezenti ghall-ftuh tal-wirja kien hemm ukoll il-Kap tal-iskola, s-Sur Paul R Cassar, l-ghalliema u l-istudenti.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en