Left arrow Mur Lura

EMINAR TA’ JUMEJN GHAL KAPIJIET TA’ L-ISKEJJEL MHUX STATALI

PR651
Date Icon 28/05/2003

Fix-xhur li ġejjin il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni se jwettaq djalogu ma’ kull min hu involut biex id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, aktar minn operatur ta’ l-iskejjel tal-Gvern, issir regolatur tas-sistema kollha, b’sorveljanza fuq is-setturi kollha ta’ l-Edukazzjoni, skejjel pubbliċi, tal-Knisja u privati. B’dan il-mod id-Diviżjoni ma’ tibqax tikkonċentra l-aktar fuq l-operat tal-iskejjel u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, iżda timpenja aktar ruħha sabiex tirregola b’mod effettiv il-kwalita` tat-tagħlim fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex. L-iskejjel kollha qegħdin jagħtu servizz lit-tfal Maltin u Għawdxin.

Dan qalu l-Ministru tal-Edukazzjoni, L-Onor. Louis Galea meta dalgħodu inawgura seminar ta’ jumejn għall-kapijiet tal-iskejjel mhux statali f’Lukanda f’tas-Sliema, li hu organizzat mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. It-tema tas-seminar hi: School Development Planning: Maintaining Commitment and Direction.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni qal ukoll li matul is-sena li qegħdin fiha l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni se jkun qed jagħti mal-Lm10,000,000 lill-iskejjel tal-Knisja, bħala għajnuna. F’perjodu ta’ għaxar snin, il-Gvern se jkun ta aktar minn 75 miljun lira f’għajnuna bħal din li tkopri l-pagi ta’ aktar minn 1,300 għalliem u għaxra fil-mija ta’ l-ispejjeż ta’ dawn l-iskejjel. Aktar minn sbatax-il elf student jattendu fl-iskejjel tal-Knisja kif ukoll kważi disa’ t’elef oħra jattendu fl-iskejjel indipendenti.

Il-kapijiet kollha ta’ l-iskejjel mhux statali ġew mistiedna għas-seminar inawgurat dalgħodu li għandu l-iskop li jistabilixxi linji ta’ gwida, direzzjoni strateġika, motivazzjoni, ppjanar, evalwazzjoni u biex jittieħdu l-passi meħtieġa biex isir progress f’dan il-qasam fid-dawl tal-ħtiġijiet tal-Kurrikulu Nazzjonali.

Il-ħtieġa għal dan is-seminar, li x’aktarx se jkun laqqa’ flimkien għall-ewwel darba l-akbar ġemgħa ta’ kapijiet minn dawn l-iskejjel, ħarġet mill-fatt li l-iżvilupp u l-ippjanar tal-iskejjel sar obbilgatorju għall-iskejjel kollha, inkluż dawk mhux statali minn Ottubru 2002.

Fil-ftuħ tas-seminar sar ukoll diskors ta’ merħba mis-Sinjorina Joyce Pullicino, Director Further Studies and Adult Education fi ħdan id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.

Matul is-seminar se jsiru wkoll taħdidiet mis-Sur Charles Mizzi, Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, iċ-Chairperson tal-Kurrikulu Nazzjonali is-Sinjorina Mary Vella u l-kapijiet tal-iskejjel is-Sur Godfrey Baldacchino, is-Sinjorina Bernie Mizzi u s-Sur Simon Testa u l-Lecturer tal-Universita’ dwar it-Tmexxija tal-Iskejjel is-Sur Joseph Muscat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow