Left arrow Mur Lura

STUDENTI TA’ DE LA SALLE FI PROĠETTI TAL-UNESCO U COMENIUS

PR650
Date Icon 28/05/2003

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea llum inawgura wirja ta’ xogħlijiet ta’ studenti li jattendu fil-Kulleġġ De La Salle bħala parti minn proġett tal-UNESCO kif ukoll ta’ COMENIUS. 

Il-proġetti, imħejjijin minn studenti li jattendu l-klassijiet mill-ewwel sas-sitt sena primarja fl-istess kulleġġ,  jittrattaw l-isports, il-ħajja ta’ taħt il-baħar u t-trasport; it-trobbija tal-annimali, mawra madwar l-Ewropa, il-Wirt Nazzjonali, il-ħajja ta’ kuljum matul iż-żminijiet, u l-baħar.  Biex it-tfal setgħu iħejju dawn ix-xogħlijiet kienu mħeġġa jagħmlu fieldwork, żjarat fil-postijiet li kitbu fuqhom u jiġbru tagħrif meħtieġ dwar is-suġġett tal-proġett tagħhom.  

F’diskors fil-ftuħ tal-wirja, l-Ministru Galea tkellem dwar l-importanza li l-iskejjel jieħdu sehem f’dawn it-tip ta’ proġetti li jgħinuhom jitgħallmu aktar, isiru midħla ta’ suġġetti ġodda li ma jkunux inklużi fil-kurrikulu, filwaqt li jieħdu gost joħolqu x-xogħlijiet tagħhom għal dan il-proġett. 

Huwa qal ukoll li permezz tal-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-proġett Comenius sponsorjat mill-Unjoni Ewropea, huma qed ikollhom l-opportunita` li jiskambjaw tagħrif ma’ studenti minn pajjiżi oħra u b’hekk jitgħallmu aktar.  

Is-sehem fi proġetti bħal dawn qed iservi wkoll biex għalliema minn diversi skejjel f’Malta u Għawdex jiskambjaw l-esperjenzi tagħhom ma’ għalliema f’pajjiżi barranin biex b’hekk iwessgħu l-orizzonti tagħhom b’risq l-istudenti. Huwa ħeġġeġ lil aktar skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti li jipparteċipaw fi proġetti simili. 

Il-Kulleġġ De La Salle ilu numru ta’ snin jieħu sehem fil-UNESCO Associated Schools Project li permezz tiegħu l-istudenti jkunu inkoraġġiti jesploraw temi differenti u jagħmlu proġetti dwarhom. Min-naħa l-oħra l-parteċipazzjoni fil-proġett COMENIUS tal-UE diehel fit-tieni sena. Il-proġett il-ġdid li se jieħu sehem fih il-kulleġġ se jsir bi sħubija ma’ tliet pajjiżi Ewropej: Spanja, il-Portugall u l-Ungerija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow