Left arrow Go Back

SERVIZZI GHALL-ANZJANI FIL-KOMUNITA' - CENTRU GDID TA' MATUL IL-JUM GHALL-ANZJANI FIL-MOSTA

PR65
Date Icon 20/01/2003
Il-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami, nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar,2003, inawgura Day Centre ghall-Anzjani fil-Mosta. F’din ic-cerimonja, li ghaliha kienu prezenti l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi, flimkien mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru. Dr. Antoine Mifsud Bonnici, is-Sindku tal-Mosta, is-Sur Joe De Martino, hadu sehem ukoll iz-zewg baned tal-Mosta.
F’diskors qasir li ghamel, is-Segretarju Parlamentari Dr. AntoineMifsud Bonnici qal li l-politika socjali u l-vizjoni tal-Gvern prezenti hija li tistinka u thabbrek sabiex il-kwalita’ tal-hajja ta’ l-anzjani tkun ahjar minn kull lat u fuq kull livell tal-hajja. Ghalhekk, huwa importanti li l-anzjani jibqghu attivi, anzi pro-attivi u juru hafna aktar inizjattiva u interess fil-hajja ta' madwarhom. Il-Gvern hadem bis-shih fuq dan u llum ninsabu certi li kull cittadin u mhux anqas l-anzjan - qed jesperjenza standard ta' ghixien ahjar b'sigurta' u kunfidenza akbar fih innifsu u fis-socjeta’ in generali.
Is-servizzi li joffri l-Gvern huma servizzi fil-komunita', bhalHome-help, Telecare, Handyman, Inkontinenza, Meals on wheels, Day Centres u servizzi Residenzjali jigifieri djar fil-komunita’ u r-residenza San Vincenz de Paul. Ahna rridu li jkollna anzjani, li minkejja l-eta', jkunu b'sahhithom.
L-importanza u d-domanda ghad-Day Centres ghall-anzjani qed dejjemjizdiedu. F'dawn l-ahhar 4 snin, infethu 6 Day Centres – fl-iMtarfa, B'Kara, Bormla, Luqa, San Pawl il-Bahar u Birzebbuga.
Fit-12-il Day Centre li ghandhu l-Gvern imferrxa ma’ Malta kollha -Zejtun, Birzebbuga, Zurrieq, Luqa, Bormla, Qormi, Hamrun, Birkirkara, Sliema, Mtarfa, Dingli, u San Pawl il-Bahar, - qed jattendu aktar minn 1,100 anzjani.
Dawn id-Day Centres qed jipprovdu servizz importanti ghall-anzjanitaghna. Jghinuhom jiltaqghu ma’ hbieb godda, jitkellmu u jintegraw fi gruppi biex jghaddu l-gurnata, u fejn isibu min jiehu hsiebhom u jipprovdilhom dak kollu li ghandhom bzonn. Izda fuq kollox, flimkien jikkumbattu dik is-solitudini li jistghu jsibu ruhhom fiha jekk jibqghu wehidhom id-dar.
Aktar Kunsilli Lokali llum qed jirrealizzaw l-aspett socjali u l-importanzata' dawn ic-Centri ta' Matul il-Jum biex l-anzjani tal-lokalita' jibbenefikaw minn dan is-servizz offrut lilhom.
Fil-lokalita' tal-Mosta hawn madwar 2400 anzjani, u ghalhekkil-Kunsill Lokali u l-Ministeru ghall-Politika Socjali flimkien, hadmu u nvestew flus f'dan il-qasam ta’ l-anzjani, li llum qed jaghti dan ir-rizultat: centru gdid ghall-anzjani fil-Mosta. Il-partecipazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta fil-qasam socjali tal-anzjani ghandu jkun ta’ ezempju ghal Kunsilli Lokali ohra.
Is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici gie pprezentat b'set tat-TVminn Dr Patrick Frendo, President tal-Lions Club ta’ San Pawl il-Bahar, b'telephone call system minn David Mejlaq, vici-sindku tal-Mosta; u Kurcifiss mill-Kapillan tal-Mosta, sabiex dawn igawduhom l-anzjani li jattendu dan id-day Centre.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow