DR. TONIO BORG JILTAQA’ MAL-MINISTRU GHALL-GUSTIZZJA TALJAN ROBERTO CASTELLI
Il-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Tonio Borg flimkien mas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru, l-Onor. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici il-bierah kellhom laqgha formali mas-Senatur Roberto Castelli, Ministru ghall-Gustizza ta’ l-Italja.
Il-Ministru Taljan qed ikollu laqghat ma’ Ministri ghall-Gustizza u l-Intern ta’ l-ghaxar pajjizi li ser jissiehbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju tas-sena 2004. L-Italja se jkollha l-presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea f’Lulju li gej.
Il-Ministru Roberto Castelli qal li huwa jqis lill-ghaxar pajjizi godda li ser jissiehbu fl-Unjoni Ewropea bhala importanti hafna ghall-bini tal-futur Ewropew. Is-Senatur Castelli accenna wkoll ghax-xewqa tal-Gvern Taljan li tigi msahha l-koperazzjoni bilateri bejn Malta u l-Italja f’dak li ghandu x’jaqsam mal-Gustizzja.
Tul il-laqgha gew diskussi problemi li l-Italja, fil-perjodu tal-Presidenza taghha, trid issolvi f’dak li ghandu x’jaqsam mal-koperazzjoni Ewropea fis-setturi tal-Gustizzja u l-Intern, fosthom temi partikolari ta’ natura civili u penali. Il-Ministru Castelli sostna li dan jista’ jsehh permezz ta’ partecipazzjoni attiva ta’ l-istati membri kollha.
Waqt il-laqgha, s-Senatur Castelli informa lill-Ministru Borg bil-programm ta’ hidma li ser isehh tul il-Presidenza Taljana. Il-Ministru Castelli ghalaq billi qal li din il-laqgha hija xhieda ta’ l-istima u l-hbiberija li l-Gvern Taljan ghandu lejn Malta.
Minn naha tieghu, il-Ministru Tonio Borg, qal huwa perswaz li d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ser ikun ta’ ghajnuna kbira fl-oqsma tal-Gustizzja u lntern, l-iktar fil-glieda kontra l-kriminalita’.
Dr. Tonio Borg fakkar fl-ghajnuna finanzjarja li l-Italja tat u ghadha taghti lil Malta permezz tal-Protokoll bejn iz-zewg pajjizi, liema ghajnuna kienet indispensabbli biex jigi mghammar bl-iktar appart modern id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Il-Ministru Borg ghalaq billi awgura li r-relazzjonijiet eccellenti li dejjem kellhom l-Italja u Malta jitjiebu u jissahhu bid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Ghal-laqgha kien hemm prezenti ukoll Dr. Godwin Grima, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern, Dr. Anthony Borg Barthet, Avukat Generali u Dr. Silvio Camilleri, Deputat Avukat Generali. Id-delegazzjoni Taljana kienet maghmula minn Sig. Marco Maresca, konsulent tal-Ministru, Dott. Stefano Simonetti u Dott. Carlo Corti mill-Ufficcju ta’ Koordinament Internazzjonali. Prezenti ghall-laqgha kien hemm ukoll l-E.T. Alvise Memmo, Ambaxxatur ta’ l-Italja ghall-Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en