IL-LOTTERIJA NAZZJONALI MHUX SER TIBQA’ TITTELLA WARA ĠUNJU 2003
Il-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi qed iħabbar li l-Lotterija Nazzjonali, magħrufa aħjar bħala l-Lotterija l-Kbira, ser tittella’ għall-aħħar darba bl-edizzjoni ta’ Ġunju, 2003.
Din l-aħħar l-edizzjoni tal-Lotterija Nazzjonali ser iġġib fi tmiem perjodu sinifikanti fl-istorja tal-lotteriji Maltin li kien imbeda b’lotterija li baqgħet kontinwament fis-seħħ minn mindu kienet imbdiet fl-1948.
Sfortunatament din il-Lotterija bdiet tnaqqas fil-popolarita’ matul l-aħħar snin fejn illum logħba bħas-Super Five ħaditilha postha biex saret l-aktar lotterija favorita mal-pubbliku Malti.
F’dawn l-aħħar tlett snin il-Lotterija Nazzjonali ġiet imħaddma b’telf sostanzjali u kienet din ir-raġuni li ġie deċiż li l-Lotterija għandha titwaqqaf.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en