Left arrow Go Back

MODERNIŻŻAR TAĊ-ĊENTRU REĠJONALI MEDITERRANJU GĦALL-MEDIĊINA TRADIZZJONALI ĊINIŻA

PR645
Date Icon 27/05/2003

Il-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Dr. Louis Deguara, għamel żjara fiċ-Ċentru tal-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża f’Kordin wara li ċ-Ċentru ġie moderniżżat biex ikun jista’ jilqa’ aħjar għall-bżonnijiet tal-persuni li jgħażlu li jmorru fiċ-Ċentru għall-kura permezz ta’ l-Agopuntura. 

Iċ-Ċentru Reġjonali f’Kordin hu mmexxi minn bord ta’ diretturi maħtura mill-Ministeru tas-Saħħa ta’ Malta u l-Ministeru tas-Saħħa tar-Republika taċ-Ċina li jiltaqgħu regolarment biex isegwu l-progress u l-amministrazzjoni ta’ dan iċ-Ċentru.  Ic-Chairmanship ta’ dan il-bord jalterna kull sena bejn iż-żewġ naħat. 

Iċ-Ċentru Reġjonali Mediterranju ġie mwaqqaf fl-1994 bi programm konġunt bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Ministeru tas-Saħħa tal-Poplu tar-Republika taċ-Ċina.  Iċ-Ċentru f’Malta għandu l-għan li jipprovdi l-ogħla kwalità ta’ kura u taħriġ fil-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża. 

L-istaff taċ-Ċentru huma kollha esperti f’din it-tip ta’ mediċina b’esperjenza klinika vasta miċ-Ċentru ta’ eċċelenza ta’ Nanjing College of Traditional Chinese Medicine. 

Iċ-Ċentru joffri opportunità unika għal tobba u paramediċi minn pajjiżi Ewropej u ta’ l-Afrika ta’ Fuq biex jitħarrġu u jiksbu esperjenza f’din it-tip ta’ mediċina u kura mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru Nanjing College fiċ-Ċina.  Fiċ-Ċentru wkoll wieħed isib Reference Library għad-dispożizzjoni ta’ dawk interessati, l-aktar studenti.  Iċ-Ċentru jirċievi wkoll applikazzjonijiet minn studenti barranin kif ukoll Maltin għal-korsijiet offruti f’dan iċ-Ċentru. 

Dan iċ-Ċentru jara kuljum medja ta’ 20 pazjent.  Barra minnhekk dan iċ-Ċentru huwa responsabbli mill-għoti tas-servizzi ta’ Agopuntura miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. 

Waqt din iż-żjara l-Ministru tas-Saħħa kien akkumpanjat mill-E.T. l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li faħħru s-servizzi mogħtija f’dan iċ-Ċentru kif ukoll il-koperazzjoni sħiħa li teżisti bejn Malta u r-Republika taċ-Ċina. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow