ZJARA TA’ KORTESIJA LIL MONS. ARCISQOF
Dalghodu, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Francis Agius ghamel zjara ta’ kortesija lil Ecc. Tieghu Mons. Giuseppi Mercieca, Arcisqof ta’ Malta, fil-Kurja Arcivescovili, fil-Furjana. Din iz-zjara saret fil-bidu tal-hidma ta’ Dr. Frans Agius bhala Segretarju Parlamentari.
Waqt din il-laqgha, li kienet kordjali hafna, Dr. Agius kellu wkoll diskussjoni ma’ Mons. Arcisqof rigward proprjeta’ tal-knisja li tinsab fin-naha t’isfel ta’ Malta u kif din tista’ tigi uzata ghall-kura ta’ l-anzjani, kif ukoll ghall-persuni b’disabilita’.
Mons. Arcisqof minn naha tieghu wieghed l-ghajnuna kollha tieghu halli jkun jista’ jsir l-izvilupp necessarju u b’hekk jiffacilita’ l-hajja ta’ dawn il-persuni. Mons. Arcisqof wera wkoll ix-xewqa li jkun iktar vicin l-anzjani fid-djar ta’ l-anzjani.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en