Left arrow Mur Lura

MIĊĦUDA L-APPLIKAZZJONI GHAL FIERA KUMMERĊJALI MINN FUQ L-MV DOULOS

PR640
Date Icon 27/05/2003

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, jirreferi għall-applikazzjoni ghal fiera kummerċjali minn fuq il-vapur MV Doulos. 

Hija d-deċiżjoni tal-Gvern li t-talba għall-permess ta’ fiera kummeċjali ta’ bejgħ ta’ kotba minn fuq il-vapur ‘MV Doulos’ tiġi miċħuda,  wara li ttieħdet konsiderazzjoni ta’ l-ammont ta’ kotba mibjugħa fl-aħħar żjara li kien għamel vapur ieħor simili ta’ l-MV Doulos, ma’ l-ammont ta’ kotba mibjugħa f’sena sħiħa f’pajjiżna.

Ġie kkalkulat li l-bejgħ minn fuq dan il-vapur jammonta ghal 8% tal-bejgħ kollu li jsir f’sena sħiħa f’pajjiżna.  Dan l-ammont hekk għoli ta’ bejgħ fi ftit ġranet, iwassal biex jaffettwa ħażin il-bejgħ tal-kotba mis-suq lokali. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow