VISIT BY ITALIAN MINISTER FOR JUSTICE, SENATOR ROBERTO CASTELLI
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Frans Agius dalghodu ghamel zjara ta’ kortesija lid-dar il-gdida ta’ l-anzjani, li ser tinfetah f’Hal-Balzan.
Din id-dar li ser titmexxa kollha kemm hi mill privat, ser tiftah il-bibien taghha dalwaqt. Is-Segretarju Parlamentari Agius intlaqa’ mid-direttur, is-Sur Edward Vella u l-General Manager tad-dar, is-Sur Paul Portelli. Din id-dar li qabel kienet tiffunzjona bhala lukanda, issa giet ikkonvertita bhala dar li fiha ser tilqa’ anzjani u ghalhekk kellu jsir certu tibdil necessarju. Dan it-tibdil necessarju sar taht is-supervisjoni tas-Sur David Anastasi. Id-dar hija kollha kemm hi accessibli ghal persuni li jghamlu uzu minn wheel chair.
Din id-dar ser tkun tilqa’ fiha madwar 130 anzjan u ser thaddem mitt impjegat. Ser jinghata wkoll is-servizz li sakemm l-anzjani jidraw il-post, il-qraba jistghu jorqdu fl-istess dar minghajr hlas. Il-filosofija li ser tadotta din il-kumpanija hija bbazata fuq il-fiducja, ghalhekk is-servizz irid ikun impekkabli u distint. L-ikel li ser jibda jinghata lill-anzjani huwa fuq livell ta’ ‘five star’ u min irid jista’ ukoll jigi servut fil-kamra. Din id-dar ser tkun qed toffri ukoll respite centre, anke ghal gurnata wahda biss.
L-Onor. Dr. Agius fahhar hafna l-istandards ta’ din id-dar u qal li dawn jikkonformaw ma’ dak li titlob l-Unjoni Ewropea fejn tidhol il-kura ta’ l-anzjani. Huwa sostna li dan hu ta’ sodisfazzjon meta jara li anke s-settur privat ghandu ghal qalbu l-kura ta’ l-anzjani.
Dr. Agius qal li progetti bhal dawn ghandna nharsu lejhom bhala xi haga ta’ investiment ghal hajja ahjar ta’ dawn l-anzjani. Dr. Agius qal li l-Gvern irid li jkun hemm iktar koperazzjoni bejn il-gvern u l-privat f’dan il-qasam.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en