DISKORS MILL-EĊĊELLENZA TIEGĦU L-PROFESSUR GUIDO DE MARCO, PRESIDENT TA’ MALTA FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TA’ L-GĦAXAR PARLAMENT
Sur President u Onorevoli Membri tal-Kamra tad-Deputati
Ghal darbtejn, bil-vot fir-Referendum u bil-vot fl-Elezzjoni Generali, il-poplu stqarr u kkonferma r-rieda tieghu li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea. B'hekk qed iwettaq intenzjoni mfissra car aktar minn tletin sena ilu, meta l-Prim Ministru ta' dak iz-zmien, Gorg Borg Olivier, iffirma Trattat ta' Assocjazzjoni mal-Komunità Ekonomika Ewropea. Hekk illum imiss lill-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami li jressaq quddiemkom il-programm li bih bi hsiebu jwassal lil pajjizna ghall-milja ta' l-Indipendenza fi hdan l-Ewropa.
Mill-ewwel, il-Gvern tieghi jrid jishaq fuq il-fatt li dan huwa programm mahsub biex jivvantaggja lill-poplu kollu bla eccezzjoni. U dan mhux biss fis-sens li tfassal b'mod li jisboq u jmur lil hemm minn kull firda jew differenza politika, imma wkoll fis-sens li l-qofol tieghu huwa li jkollna socjetà kemm jista' jkun inklussiva. Madankollu, lil din l-inklussività llum qeghdin naghtuha dimensjoni Ewropea, mehtiega fid-dinja tat-tielet millennju, dinja li qed tinbidel b'mod dejjem aktar mghaggel f'rahal wiehed mondjali. Hekk jirnexxielna nersqu dejjem izjed qrib l-ideal ghaziz ghall-Gvern tieghi; l-ideal ta' demokrazija vera, fejn l-ugwaljanza tac-cittadini tfisser li ebda persuna ma tkun imgennba jew imwarrba mill-mixja tal-progress; anzi, l-ideal ta' demokrazija tassew nisranija, fraterna, li fiha kull persuna tippartecipa b'mod attiv fil-hajja tal-pajjiz u taghti sehemha b'sens ta' solidarjetà shiha ma' l-ohrajn kollha.
Dan il-programm qieghed jinqasam f'hames oqsma, b'kull qasam jitriega minn principju car. Dawn il-principji juruna kif ghandna nimxu biex intemmu bir-rizq u l-gid din il-moghdija storika li pajjizna jrid jghaddi minnha f'dawn is-snin li gejjin.
L-ewwel qasam huwa dak ta' l-edukazzjoni u l-kultura. Il-principju ewlieni tal-Gvern tieghi f'dan ir-rigward huwa dak ta' l-izvilupp shih ta' kull persuna, skond il-kwalitajiet kollha taghha individwali u fir-rabta mal-bnedmin l-ohra.
It-tieni qasam huwa dak ta' l-ambjent, kemm naturali, kif ukoll mibni mill-bniedem. Hawnhekk, il-principju huwa l-izvilupp sostenibbli.
It-tielet qasam huwa dak socjali. Hawnhekk irridu nkomplu nsahhu l-familji taghna kif ukoll noholqu socjetà li tkun aktar inklussiva u li fiha hadd ma jibqa' lura.
Ir-raba' qasam huwa dak tax-xoghol u l-ekonomija. L-enfasi taghna hawnhekk hija fuq il-bzonn ta' l-innovazzjoni u tas-sens ta' impriza skond kif jesigi s-suq ta' l-Ewropa, izda bl-gharfien shih tar-responsabbiltajiet specifici ta' kulhadd, inkluz il-Gvern.
Il-hames qasam huwa sewwasew dak tat-tmexxija pubblika. Il-principju hawnhekk huwa t-tiftix tas-sigurtà u s-sliem, sew fl-intern tal-pajjiz u sew f'perspettiva internazzjonali.
Qabel ma nghaddi biex infisser il-mod konkret li bih il-Gvern tieghi se jwettaq dawn il-principji fil-hames oqsma li semmejt, irrid insemmi tliet hwejjeg li jghoddu ghalihom kollha.
L-ewwelnett, ghad jonqos inqas minn sena biex inwettqu fiha l-ahhar preparattivi mehtiega halli nkunu nistghu naghmlu l-parti shiha taghna bhala membri ta' l-Unjoni Ewropea. F'dan iz-zmien qasir, hafna minna, kemm mis-settur pubbliku, kif ukoll mis-settur privat, iridu jsiru jafu minn gewwa kif tassew jahdmu l-istituzzjonijiet u s-sistemi Ewropej. Matul dan il-perjodu, hafna minna se jkollhom il-privilegg li jkunu osservaturi mill-qrib tal-qasam li fih, fl-ahhar ta' din is-sena, sejrin ikunu atturi. F'din il-medda ta' xhur, iridu jsiru jafu tajjeb fejn ghandhom imiddu passejhom u kif l-ahjar isemmghu lehinhom. Hemm xoqqa shiha ta' rabtiet u ta' relazzjonijiet li digà bdew jintisgu, izda li ghad jihtigilhom jissahhu.
Mid-dokumenti nistghu nsiru nafu t-tqassim tal-kompetenzi bejn il-livell Ewropew u dak nazzjonali; izda, f'hafna oqsma, il-koperazzjoni tikkonsisti fil-komunikazzjoni reciproka bejn il-pajjizi u l-popli ta' l-Unjoni, tal-metodi li rrizultaw mill-esperjenza li huma l-aktar efficjenti u l-gharfien ta' kif l-ahjar isiru l-affarijiet fil-prattika. Dan l-gharfien jinkiseb bl-aktar heffa bil-kuntatti wicc-imb-wicc, imma wkoll permezz ta' l-uzu bis-sengha tas-sistemi elettronici. M'hemmx dubju li hafna kuntatti ta' din ix-xorta, li huma l-aqwa mezz biex issehh l-integrazzjoni taghna fl-Ewropa, qeghdin isiru fis-setturi kollha. Is-settur politiku ghandu jkun il-mera ghall-ohrajn.
It-tieni punt generali huwa li l-Gvern tieghi bi hsiebu jkompli jhaddem il-metodu - mhux dejjem facli imma li jaghti l-frott - li ntuza biex jitfasslu l-pozizzjonijiet ta' Malta matul in-negozjati ma' l-Ewropa. Gharafna kemm tabilhaqq jiswa ghall-pajjiz meta l-forzi kollha tieghu jingemghu flimkien, biex jiddeciedu bis-sincerità bejniethom liema huma l-ahjar toroq ghall-pajjiz. Din il-kollaborazzjoni, li sehhet fiz-zmien kritiku tan-negozjar tal-kundizzjonijiet tad-dhul taghna fl-Unjoni, jehtieg tissokta. U dan mhux biss ghal din is-sena ta' preparazzjoni finali qabel id-dhul, meta kulhadd jaghraf li l-qsim ta' din l-ghatba titlob hafna attenzjoni u reqqa, imma wkoll ghal wara. Biex niksbu l-ahjar rizultati fl-Ewropa, jehtigilna nsegwu u ntejbu l-metodi ta' diskussjoni hielsa bejnietna biex naslu ghall-pozizzjonijiet komuni. Dan il-metodu ghandu hafna x'jaghti lil pajjizna, anki 'l hemm minn sehemna fl-Unjoni Ewropea.
It-tielet principju tax-xehta msejha "orizzontali" huwa dan: il-prijorità se tinghata lill-implimentazzjoni u t-twettiq tal-hafna ligijiet li saru fil-legislatura li ghaddiet biex jipprovdu qafas gdid ghal diversi ghamliet ta' hidma li ghad trid issehh. Attività legislattiva strutturali intensa, kienet mehtiega fl-istess hin bhala aggornament mal-bidla taz-zminijiet u bhala adattament ghad-dhul fl-Unjoni Ewropea. Issa, il-fazi li jmiss hija li, f'kull qasam, isir uzu shih tal-qafas legislattiv aggornat li hemm provdut. Hekk, per ezempju fil-qasam tal-harsien tal-wirt kulturali jew tal-ligi dwar il-familja.
Ghad hemm xi setturi fejn ghadu mehtieg li jsiru ligijiet - qafas ta' konsolidament jew aggornament komprensiv. Fost dawn, hemm il-ligi dwar is-servizz pubbliku, mehtiega biex taghti sura xierqa lir-riformi kbar li biddlu l-istruttura organizzattiva ta' l-impjegati tal-Gvern f'dawn l-ahhar snin. Hemm ukoll l-ligi dwar l-edukazzjoni tistenna biex tigi aggornata.
Id-dimensjoni Ewropea fil-qasam ta' l-edukazzjoni sejra twessa' x-xefaq ta' hsibijiethom ghal Maltin kollha u tiftah orizzonti godda ghaz-zghar u ghaz-zghazagh. Dan se jigi rifless fil-ligi li digà semmejt. Biha wkoll id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni sejra ssir, aktar milli operatur ta' l-iskejjel tal-Gvern, ir-regolatur tas-sistema kollha, bis-setturi taghha kollha, skejjel pubblici, tal-Knisja u privati, biex jghinhom ilkoll, ghax kollha qeghdin hemm biex jaghtu servizz lil ulied pajjizna. Fl-istess spirtu, jitkompla b'ritmu aktar qawwi l-process tad-decentralizzazzjoni. Bl-appogg amministrattiv u l-izvilupp tal-hiliet manigerjali xierqa, l-iskejjel governattivi jiksbu dejjem aktar awtonomija u allura aktar possibiltajiet li jfasslu karattru u identità proprja. Hekk kull skola tadatta l-kurrikulu nazzjonali ghal htigijietha.
L-iskejjel primarji tal-Gvern jissiehbu ma' skejjel sekondarji hekk li l-moghdija minn ta' l-ewwel ghal tat-tieni ssir bla skossi zejda, kif isir fil-bicca l-kbira ta' l-iskejjel tal-Knisja u dawk privati. B'mezzi ohra, tehfief il-moghdija mill-bankijiet ta' l-iskola ghal dawk tad-dinja tax-xoghol, fosthom ghall-persuni li ghandhom bzonnijiet specjali.
Ghal dan l-iskop, tahdem ukoll il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Edukattivi. Din tfasslet biex, fost hwejjeg ohra, permezz taghha, esperti jghinu l-genituri li uliedhom ghandhom kwalitajiet eccezzjonali, sew pozittivi u sew negattivi, biex kull individwu jista' jilhaq il-massimu jew il-quccata tas-setghat tieghu.
Tkompli tizviluppa wkoll il-Fondazzjoni ghall-Iskejjel ta' Ghada, li ghandha skop li tizgura ambjent sabih u modern fl-iskejjel.
Jissokta l-izvilupp tal-Kullegg ta' l-Arti, Xjenza u Teknologija, mahsub ghal dawk il-hafna zghazagh li l-hiliet taghhom ghandhom aktar xejra prattika milli teoretika. Jehtieg jigu mkejla mill-gdid il-htigijiet ta' l-Università. Jehtieg ukoll li nizguraw l-ahjar tqassim tar-rizorsi fl-edukazzjoni terzjarja.
Prijorità se tinghata lill-qasam tal-bibljoteki u l-arkivji. Il-Gvern se jressaq ukoll quddiem il-Parlament ligi dwar l-ilsien Malti.
Fl-ahhar legislatura, bdejna nduqu xi haga mill-vantaggi li joffru l-programmi ta' l-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-kultura u taz-zghazagh. Issa rridu ntejbu l-kapacità taghna biex ingawdu minnhom bis-shih.
Fl-ahhar legislatura wkoll, tlestew l-istrutturi ta' ko-ordinament ghall-isport, il-kultura u l-arti. Issa dawn l-istrutturi se jibdew jimplimentaw il-politika l-gdida deciza ghas-settur taghhom.
Sar hafna xoghol ghall-bini ta' facilitajiet sportivi. F'din il-legislatura mistenni jibda u jitlesta x-xoghol fuq il-kumpless sportiv tal-Karwija, ir-raba' mill-hames centri mahsuba ghal Malta u Ghawdex.
Biex nghollu l-istandards taghna fil-muzika, fl-arti, fl-isport, se jinbdew skejjel li, filwaqt li l-istudenti taghhom isegwu l-kurrikulu normali, ikollhom ukoll ic-cans ta' specjalizzazzjoni bikrija. Dan il-pass huwa parti mill-politika gdida ta' aktar professjonalità f'oqsma li s'issa setghu kienu mahkuma zzejjed mid-dilettantizmu.
L-istrutturi l-godda mwaqqfa sabiex jikkonservaw il-wirt storiku ghandhom iwettqu progetti sabiex dan il-wirt ikun konservat b'tali mod li jkun zgurat l-apprezzament tieghu minn generazzjonijiet tal-lum u ta' ghada. Sejra tinghata prijorità lis-siti meqjusa bhala wirt dinji u l-muzewijiet.
Dawn huma kollha mezzi biex jistimulaw il-kreattività u l-kuxjenza ta' l-identità u tar-rabta ma' l-ohrajn fost il-poplu taghna. Dawn il-valuri jghinuna wkoll biex inkabbru dak li jissejjah "turizmu ta' kwalità," imsejjes fuq il-wirt kulturali u ambjentali taghna.
Skond il-principju ta' l-izvilupp sostenibbli, sejrin jitkomplew il-progetti kbar mibdija, fosthom dawk tax-Xatt tal-Kottonera, ta' Manoel Island u Tigné, tat-terminal tal-Cruise Liners, u tad-Dahla tal-Belt. It-tigdid tad-Dahla tal-Port il-Kbir jinkludi l-uzu kulturali ta' l-ambjent kollu ta' Sant' Iermu, fi hsieb urbanistiku wiehed, li fih jigbor ukoll ic-Centru tal-Konferenzi tal-Mediterran.
It-triq li tiehu mid-Dahla tal-Belt ghal Sant' Iermu hija l-assi centrali tal-belt, kif ukoll tal-pjan ghar-rijanimazzjoni taghha, li se jitkompla b'impenn mill-aqwa, flimkien mal-progetti l-ohra tar-rijabilitazzjoni ta' l-Imdina u l-Kottonera.
Fost hwejjeg ohra, il-Gvern tieghi se jahseb ukoll ghat-tigdid taz-zoni tal-qalba ta' l-irhula; taz-zoni turistici kemm fin-naha ta' isfel tal-gzejjer taghna (Marsaxlokk, Wied iz-Zurrieq, Qajjenza u l-inhawi ta' Ghar Lapsi), kif ukoll tan-naha ta' fuq (Tas-Sliema/San Giljan, il-bajja ta' San Gorg, Paceville u Bugibba); taz-zoni ghar-rikreazzjoni familjari (Ta' Qali, Salina, Burmarrad, Hal Far, Delimara, Kottonera); taz-zoni ta' interess pajsaggistiku (widien, mixjiet fil-kampanja, hitan tas-sejjieh). Ukoll, ir-restawr ta' imkejjen storici.
Ghall-izvilupp ta' l-infrastruttura, jitwettqu progetti ghall-uzu ta' energija alternattiva, mir-rih u mix-xemx, fil-kwadru ta' pjan nazzjonali ghall-energija; progett ghall-uzu ahjar ta' l-ilma, fil-kwadru ta' pjan regjonali ghall-Mediterran; sistemi mgedda tad-drenagg u ta' l-ghazla ta' l-iskart, skond il-kwalità, qabel ma jingabar, biex fejn hu possibbli jkun riciklat. Il-mizbliet tal-Maghtab u tal-Qortin jinghalqu kif ippjanat.
Ghall-izvilupp rurali, il-bdiewa u r-rahhala se jinghataw ghajnuna sabiex itejjbu l-produzzjoni halli jkunu jistghu jikkompetu. Kif ukoll ghajnuna ohra sabiex itejjbu l-irziezet taghhom u l-hitan tas-sejjieh. Se jigu wkoll implimentati skemi halli jithawlu aktar sigar taz-zebbug u dwieli u tigdied il-produzzjoni tat-tadam. Se jkomplu jitjiebu l-facilitajiet fil-pitkalija, il-pixkerija u fil-biccerija halli jithares l-interess tal-konsumatur u fl-istess waqt il-produttur igawdi minn certifikazzjoni tal-prodotti tieghu. L-Ghammieri jsir centru interattiv ghall-pubbliku dwar il-biedja u l-ambjent.
Fis-settur tas-sajd se tinghata ghajnuna lis-sajjieda biex itejbu l-flotta, kif ukoll isir titjib fil-mollijiet. Fis-settur agrikolu u dak tas-sajd se titkompla kampanja ta' informazzjoni fuq il-kwalità tal-prodott lokali.
Min-naha ta' l-Awtorità ghall-Ambjent u l-Ippjanar ikompli jitqassar iz-zmien ghad-decizjonijiet dwar l-applikazzjonijiet. Jigi rivedut il-pjan ta' struttura kif ukoll jigu finalizzati erba' pjani lokali.
Jigu stabbiliti zewg zoni ta' konservazzjoni marittima u protetti mill-inqas ghaxar zoni ta' interess ekologiku. Jizdied il-monitoragg fuq il-kwalità ta' l-arja, l-ilma u l-bahar, kif ukoll jittiehdu mizuri halli jitnaqqas l-effett tat-trab fejn ikun qed isir il-bini. Il-Gvern jaghti l-ezempju bl-uzu ta' karozzi li jahdmu bl-elettriku.
Fil-qasam marittimu jigi assigurat li l-bandiera Maltija tkompli ssir wahda iktar importanti. Fl-istess hin issir hidma sabiex l-facilitajiet tal-yachting f'Malta jkunu mtejba. Fis-settur tal-portijiet jitkomplew id-diskussjonijiet dwar ir-riformi mehtiega u jigu implimentati.
Fit-trasport pubbliku, jidhlu fl-uzu karozzi tal-linja godda; il-magni ghall-qtugh awtomatiku tal-biljetti; u servizz ta' bil-lejl bic-centru f'Paceville.
Bil-kontribut ta' 26 miljun lira Maltija mill-Unjoni Ewropea u mill-Italja, jiggeddu ghadd ta' toroq principali u b'fondi lokali ghadd ta' toroq lokali. Vetturi privati jsibu fejn jipparkjaw barra l-Floriana u n-nies jitwasslu l-Belt b'mezzi pubblici.
Fil-komunikazzjoni virtwali, jissahhah il-kummerc elettroniku, u titkabbar il-kompetizzjoni gusta fl-oqsma kollha tat-telefonija fissa u cellulari.
Fil-posta, tidhol fis-sehh il-ligi emendata biex jidhol element ta' kompetizzjoni b'gustizzja ma' kulhadd u qadi ahjar ta' kull xorta ta' klijenti.
Fit-tielet qasam li semmejt fil-bidu, is-servizzi socjali jehtieg li jigu mgharbla mill-Gvern, flimkien ma' l-Oppozizzjoni u l-ghaqdiet tas-socjetà civili certament mhux biex jitnaqqsu jew jitnaqqru, izda biex isiru aktar sostenibbli u aktar jaqblu mal-bzonnijiet veri tan-nies.
Ghad hemm bzonn tizdied l-ghajnuna lil xi whud, bhal dawk bi problemi ta' sahha mentali. Imma hemm ukoll bzonn li jkomplu jinqatghu l-abbuzi ta' kull xorta.
Il-qofol tal-politika socjali tal-Gvern tieghi jibqa' t-tishih tal-familja. L-Ufficcju tal-Kummissarju ghat-Tfal se jkompli jseddaq is-servizzi personalizzati moghtija minn agenziji (Sedqa, Appogg, Sapport) li se jkollhom aktar centri regjonali. Ikunu regolati ahjar professjonijiet, bhal psikologi u assistenti socjali. Tigi fis-sehh il-ligi dwar l-ugwaljanza bejn nisa u rgiel biex il-mara tkun protagonista f'Malta Ewropea. Tinghata protezzjoni lill-anzjani vulnerabbli minn kull xorta ta' abbuz anki bir-regolamentazzjoni tar-residenzi ghalihom, kemm pubblici kif ukoll privati.
Persuni b'dizabilità jkollhom opportunitajiet indaqs ta' ingagg fl-amministrazzjoni pubblika, f'agenziji tal-Gvern, fil-Kunsilli Lokali u kullimkien, bhala l-pass li jmiss lejn l-ugwaljanza shiha u l-inklussività.
L-enfasi specjali fil-qasam tad-djar se tkun fuq il-vicinanzi tad-djar fejn joqoghdu familji bit-tfal, biex dawn jikbru f'ambjent sabih u bla periklu. Ma' dan issir ukoll revizjoni shiha tal-ligijiet tal-kera u jinghataw incentivi ghall-uzu tal-hafna djar vojta li hawn.
Mas-successi li nkisbu fil-glieda kontra d-droga, li jkomplu jizdiedu bl-ghajnuna Ewropea, jissahhu s-servizzi lill-familji fejn hemm problemi ta' l-abbuz ta' l-alkohol u tal-loghob ta' l-azzard.
Programmi specjali se jitfasslu ghal dawk li minhabba l-età jew ragunijiet ohra difficli jsibu impjieg u ghan-nisa li jridu jirritornaw ghall-impjieg barra mid-dar wara intervall; fosthom servizzi ghall-harsien tat-tfal.
Id-Divizjoni tas-Sahha, bhal dik ta' l-Edukazzjoni, sejra xxaqleb xogholha minn dik ta' operatur ghal dik ta' regolatur ta' servizzi, b'aktar awtonomija lil kull sptar. Il-grajja l-kbira f'dan il-qasam sejra tkun il-ftuh ta' l-Isptar Mater Dei fl-2005. Sadattant, inkomplu ntejbu s-servizzi fl-isptarijiet tal-lum, l-aktar dawk fl-outpatients.
L-izviluppi f'dawn it-tliet oqsma ma jistghux isehhu jekk ir-raba' qasam, dak ta' l-ekonomija, ma jkunx sod. F'dan il-qasam, kulhadd ghandu parti specifika x'jaqdi. Is-suq hieles Ewropew u l-izvilupp teknologiku m'humiex hlief mezzi biex jintlahaq il-gid komuni, li mbaghad jissieheb fih kulhadd. F'dan kollu, il-Gvern mhux hlief regolatur u strategista.
Biex nissiehbu fl-Unjoni Monetarja Ewropea, id-dejn pubbliku m'ghandux jaqbez is-sittin fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku, u d-deficit fiskali m'ghandux jaqbez it-tlieta fil-mija. Biex jintlahaq dan l-iskop, il-Gvern se jikkontrolla ahjar in-nefqa pubblika. Il-Gvern se jahdem ukoll biex inaqqas il-pizijiet bhal burokrazija zejda fuq is-setturi produttivi, ghax irid li l-ekonomija tespandi minkejja l-qaghda sfavorevoli tad-dinja; imma jhaddem b'aktar sengha l-mezzi kontra l-evazjoni tat-taxxa dovuta.
Tkompli l-privatizzazzjoni ta' l-imprizi li m'ghandhomx jibqghu f'idejn il-gvern. Servizzi bhall-Air Malta, Sea Malta u l-Gozo Channel, l-istess bhall-korporazzjonijiet responsabbli ghall-energija u ghall-ilma, iridu jahdmu b'success f'ambjent liberalizzat fid-dawl ukoll ta' l-obbligi socjali tal-Gvern. It-tarzni jridu jigu fuq saqajhom bir-ristrutturazzjoni digà mfassla.
Tkompli ssehh l-idea ta' Malta bhala impriza wahda li fiha lkoll ghandna sehem u nahdmu ta' shab, permezz tal-konsolidazzjoni li se ggib maghha l-Malta Enterprise. Is-servizzi finanzjarji bbazati f'Malta jkomplu jespandu fis-Suq Ewropew.
Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali jkompli jsahhah ir-rwol tieghu bhala forum nazzjonali fejn l-imsiehba socjali jistghu joffru sehem shih u kostruttiv fl-izvilupp ekonomiku u socjali tal-pajjiz, b'mod partikolari biex pajjizna jsir aktar kompetittiv, biex jintlahqu l-oghla livelli ta' efficjenza fis-settur pubbliku u dak privat, u biex il-qasam socjali kollu jizviluppa id f'id ma' l-izvilupp ekonomiku.
Minhabba l-importanza ekonomika tal-kreattività mehtieg aggornament fis-sistema tat-trade-marks, patents u proprjetà intellettwali, kif ukoll fl-accertament ta' standards ghal kull prodott u servizz offrut fis-suq.
L-imprizi z-zghar se jkollhom zoni industrijali rizervati ghalihom, centru-inkubatur fil-villagg tas-snajja' f'Ta' Qali, u djalogu bla heda mal-Gvern, li ghalihom ghandu l-aqwa stima. Dan ghandu jwassal biex nizviluppaw politika imprenditorjali fejn l-individwu fis-suq ikun il-prijorità.
Malta sadattant qieghda ssir centru regjonali ta' eccellenza fit-teknologija ta' l-informazzjoni. Il-Gvern se jkompli jaghti l-ezempju bl-ahjar uzu tas-sistemi elettronici, ta' l-Internet u tat-telefonija cellulari fis-servizzi li jaghti, filwaqt li jipprotegi l-informazzjoni privata.
Is-sodezza tal-bazi ekonomika, mehtiega ghall-izvilupp ta' l-oqsma l-ohra tal-hajja tal-pajjiz, tiddependi hi nnifisha fuq il-hames qasam li semmejna fil-bidu - l-ordni u s-sigurtà garantiti minn pulizija efficjenti u l-gustizzja amministrata sew skond il-ligi.
Fost mizuri li se jittiehdu f'dan il-qasam, hemm it-tishih tal-laboratorju forensiku, assistenza lill-vittmi tar-reati, ligi gdida dwar l-armi, spazju ahjar ghall-gudikanti u amministraturi fil-Qrati, u biex il-Qorti tal-Familja tibda topera, access ahjar b'sistemi elettronici tal-pubbliku ghas-sentenzi u zvilupp ta' metodi alternattivi ghas-soluzzjoni ta' konflitti u tilwim.
Fil-qasam ta' l-artijiet, il-Gvern ikompli d-devoluzzjoni lill-Kunsilli Lokali ghall-qadi ahjar tal-poplu u jsewwi anomaliji li nqalghu b'rizultat ta' esproprjazzjonijiet.
Il-Kunsilli Lokali, wara hidma ta' ghaxar snin, jigu analizzati biex isir it-titjib fejn mehtieg, anki b'aktar thaddim ta' metodi ta' demokrazija diretta u gemellaggi.
Fil-qasam ta' l-affarijiet barranin, fuq kollox irridu issa nwasslu l-ideat taghna bil-mezzi l-aktar effettivi fl-Ewropa u l-ghaqdiet taghna jridu jigu mghejjuna biex jiehdu sehem shih fil-hajja u l-hidma tas-socjetà civili Ewropea. Se jinfethu ambaxxati godda fi stati membri ta' l-Unjoni Ewropea u tinghata ghajnuna biex Malta tinghazel bhala sede ta' konferenzi u istituzzjonijiet internazzjonali. Tissokta l-hidma tal-Gvern b'rizq l-istabbilità u l-paci fil-Mediterran.
Fil-qasam tas-servizz pubbliku tinhtieg koordinazzjoni qawwija biex isir uzu shih mill-ftehim ma' l-Ewropa. Ikomplu jissahhu s-sistemi moderni mdahhla fl-ahhar snin, bhal Customer Care, Quality Charters, Public-Private Partnerships (li bihom impjegati tal-Gvern jahdmu taht tmexxija privata), id-database centralizzata, l-awditjar intern u l-appogg lill-agenziji investigattivi tal-Gvern. Fil-Forzi Armati, innovazzjoni importanti se tkun il-formazzjoni ta' kumpanija dedikata ghal dmirijiet specjali.
F'Ghawdex il-Gvern jippromwovi b'mod specifiku t-turizmu, il-manifattura, il-biedja u s-sajd, l-artigjanat, l-infrastruttura, l-edukazzjoni, it-tahrig u l-kultura. Aktar xoghol amministrattiv jibda jsir Ghawdex. Kollox ma' kollox Ghawdex ikompli jizviluppa l-identità u l-potenzjalitajiet kollha tieghu issa mhedda mid-dimensjoni Ewropea.
Is-shubija fl-Ewropa hija grajja li sejra tmiss l-oqsma kollha tal-hajja Maltija. F'ebda qasam ma tfisser ic-cahda ta' valuri jew drawwiet gheziez ghalina. Imma tfisser li jehtieg niddrittaw dak kollu li ghal xi raguni jew ohra, traskuragni, nuqqas ta' hsieb, ghejja jew ghazz, konna hallejnieh jitghawweg, jitbiel, u jixxattar. Is-shubija fl-Ewropa tfisser li jehtieg nirkupraw l-ahjar fost dak li ghamilna Maltin u Ghawdxin, anke jekk forsi konna hallejnieh ghal ftit jintesa, konna rhejnieh u tlaqnieh fil-genb jew mas-saqajn. Il-pass storiku, deciziv, li hadna, bhala poplu wiehed, ifisser li hafna minn dawk il-processi kulturali li nghataw spinta ma' l-Indipendenza issa jehtieg li nwassluhom ghall-milja taghhom. Bdiet tassew ghalina Rebbiegha gdida.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en