IL-MINISTRU NINU ZAMMIT JINDIRIZZA KONFERENZA MINISTERJALI EWRO-MEDITERRANJA DWAR L-ENERGIJA
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit bhalissa jinsab f'Ateni l-Grecja, sabiex jippartecipa fil-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja dwar l-Energija.
Din il-Konferenza qed tiddiskuti diversi temi mportanti fosthom, it-trasport marittimu taz-zejt fil-Mediterran, id-diversi responsabiltajiet tal-pajjizi li ghandhom numru ta' vapuri registrati taht il-bandiera taghhom, il-possibilita` ta' trasport taz-zejt permezz ta' pipelines u inizjattivi ohra li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-energija.
Meta ndirizza l-konferenza, il-Ministru Ninu Zammit semma diversi punti li jikkoncernaw lill-pajjizna fosthom: il-liberalizazzjoni tas-settur ta' l-Energija f'Malta, it-twaqqif ta' l-Awtorita` Maltija tar-Rizorsi, id-decizjoni diga mwettqa tal-Gvern Malti flimkien ma' l-Enemalta, li jigi phased out il-leaded petrol, u l-bidliet u l-avvanzi li ghamlet Malta fil-process tas-shubija, biex tikkonforma ruhha ma' l-Aquis ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.
Din il-Konferenza Ewro-Mediterranja dwar l-Energija qed tipproponi miri ta’ produzzjoni ta’ enegija alternattiva, dawk maghrufa bhala energija solari u energija mir-rih.
Il-Ministru Ninu Zammit mistenni lura Malta ghada l-Hamis.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en