L-EWWEL SPORTS DAY F’ST VINCENT DE PAUL
Dalghodu, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Francis Agius, attenda ghall-ewwel Sports Day, organizzata ghar-residenti ta’ San Vincenz.
Fid-diskors tieghu l-Onor. Dr. Agius irringrazzja lill-iSports Committee talli organizza din l-attivita` li ghaliha attendew numru sabih ta’ anzjani. Huwa rringrazzja wkoll lit-tfal ta’ l-iskola ta’ St. Catherine f’Pembroke, li bi ftehim ma’ dan il-kumitat, organizzaw din il-gurnata ta` attivita` sportiva, gurnata mhux bhal tas-soltu, u li fiha l-anzjani ferhu u kkompetew kif setghu fid-dixxipplini sportivi li gew organizzati ghalihom.
L-Onor. Francis Agius qal li din il-gurnata zgur li ser tibqa’ fil-memorja ta’ dawn it-tfal, u dan ghal fatt li meta jikbru ser ihossuhom kburin li ferrhu lil dawn l-anzjani, kif ukoll ghaliex kienu huma minn ta’ l-ewwel li organizzaw attivita` mhux tas-soltu fir-residenza ta` San Vincenz.
Huwa sostna li zgur li dawn it-tfal iggwadanjaw minn din l-attivita` u li huwa ghalhekk li jinkoragixxi biex tfal minn skejjel ohra jorganizzaw attivitajiet simili ghall-anzjani mxerrda ma’ Malta u Ghawdex.
Illum irnexxielna nlaqqaw zewg generazzjonijiet: l-anzjani kif ukoll dawn it-tfal, qal Dr. Agius. Zgur li l-esperjenza tal-hajja ta’ dawn l-anzjani hi ta’ beneficcju kbir ghal dawn it-tfal, li huma l-anzjani ta’ ghada.
Fit-tmiem tad-diskors tieghu, is-Segretarju Parlamentari Agius qassam medalji lill-anzjani u lit-tfal rebbieha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en