Sensiela ta’ laqghat maħsuba biex iqarrbu entitajiet GOVERNATTIVI lejn il-klienti tagħhom
PR607
20/05/2003
| L-agenziji, | dipartimenti u awtoritajiet li jamministraw proċeduri li jirregolaw in-negozju, ser ikunu disponibbli, u għandhom id-dmir biex jirrispondu u jisimgħu lil dawk li jkunu jridu jafu aktar dwar xi tfisser is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea għan-negozju tagħhom. Hekk qal is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, meta kien qed jindirizza lill-istampa dwar inizjattiva gdida biex ikun hemm iktar informazzjoni accessibbli ghall-imprendituri zghar u medji. |
| “Ladarba | huwa mistenni li fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea permezz tat-tkabbir, il-kummerċ bejn il-pajjiżi membri għandu jiżdied b’9%, l-ażjendi kummerċjali fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea, speċjalment dawk ġodda, ser ikollhom opportunitajiet aħjar fejn jistgħu jiżviluppaw in-negozju tagħhom. |
| Dokument | ippubblikat mill-Unjoni Ewropea, li jgib l-isem: “It-Tkabbir - X’jistgħu jistennew l-intrapriżi fil-pajjiżi ġodda minn dan it-tkabbir?” jagħti nformazzjoni rigward kull settur tan-negozju, u x’ser ikun qed jistenna minn dan it-tkabbir. Dan huwa dokument li filwaqt li jagħti l-informazzjoni, ghandhu wkoll jghin biex l-intrapriżi jippreparaw aħjar għal dan l-avveniment. |
| F’pajjiżna | jeħtieġ li f’din is-sena, inkomplu naraw li kull intrapriża u negozju żgħir jew kbir, ikollu l-informazzjoni meħtieġa biex ikun imħejji biex jibbenefika minn dan l-eżerċizzju ta’ tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Ma jistax ikun li jkollna negozji li għaliex mhux ippreparati, jispiċċaw | ma jieħdu xejn u ma jibbenefikawx minn din l-esperjenza ġdida, li ser inkunu qed ngħixu fiha. Huwa l-impenn tal-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, li naraw li nużaw ir-riżorsi kollha tagħna biex nagħtu kull informazzjoni lin-negozji tagħna. |
| L-Unjoni | Ewropea ippubblikat dan id-dokument biex tqajjem interess fin-negozji tal-pajjiżi membri l-ġodda, dwar l-opportunitajiet u l-obbligi li ser ikollhom l-intraprizi fil-pajjiżi membri. |
| Għal | dan il-għan, illum qed inħabbru sensiela ta’ laqgħat għal setturi differenti tan-negozju sabiex kull imprenditur ikun jaf aktar, minn fejn jista’ jieħu l-informazzjoni rilevanti għan-negozju tiegħu. |
| L-aġenziji, | dipartimenti u awtoritajiet li jamministraw proċeduri li jirregolaw in-negozju, ser ikunu disponibbli u għandhom id-dmir biex jirrispondu u jisimgħu lil dawk li jkunu jridu jafu aktar dwar xi tfisser is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea għan-negozju tagħhom. Fuq kollox iżda, dan huwa wkoll eżerċizzju maħsub biex iqarrab dawn l-entitajiet lejn il-klijenti tagħhom. |
| Flimkien | irridu nibnu ekonomija li kapaċi tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-poplu tagħna. Flimkien irridu nkunu kapaċi nibnu ekonomija li kapaċi tikkompeti u tissaħħaħ fil-kompetizzjoni. Dan naslu għalih kemm-il darba nkunu mħejjija għall-opportunitajiet li ser jiġu.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en