JIBDA L-ISTAĠUN TA’ L-GĦAWM - PROGRAMM INTENSIV TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ TA’ L-ILMA BAĦAR
PR605
19/05/2003
| Id-Dipartiment | tas-Saħħa Pubblika jixtieq javża li mil-lum jibda l-istaġun uffiċjali ta’ l-għawm fil-gżejjer Maltin. Għalhekk is-Sezzjoni tas-Saħħa Ambjentali fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika bdiet tniedi l-programm intensiv ta’ monitoraġġ għall-kwalita` ta’ ilma baħar fil-bajjiet kollha ta’ Malta, Għawdex u Kemmuna. |
| Kampjuni | ta’ ilma baħar jittieħdu minn 87 sit kull ġimgħa u jiġu eżaminati fil-laboratorju tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Fejn il-kwalita` ta’ l-ilma baħar ma` tkunx tal-kwalita` rakkomandata għall-għawm, il-pubbliku jiġi nfurmat bi stqarrija maħruġa għall-istampa mid-Dipartiment bħal ma’ dejjem għamel. |
| Il-pubbliku | huwa mfakkar li f’Marinas, lokalitajiet ġol-Portijiet, fi xtajtiet viċin ta’ l-outfalls tad-dranaġġ f’Wied Għammieq, Ras il-Prajjet u ċ-Ċumnija f’Malta, Ras il-Ħobż, Wied il-Mielaħ, San Blas f’Għawdex u l-Imnieri f’Kemmuna, għandhom ukoll jitqiesu bħala mhux tajbin għall-għawm. M’għandux isir għawm f’dawk il-postijiet indikati b’tabelli mwaħħla mid-Dipartiment fejn jindikaw iż-żoni mhux għall-għawm. |
| Il-pubbliku | jista’ jikseb l-aħħar informazzoni dwar il-kwalita` ta’ l-ilma baħar minn għand il-Kunsilli Lokali rispettivi. Dawn jiġu nformati ta’ kull ġimgħa bil-kwalita` ta’ l-ilma baħar tal-bajjiet fil-lokalita` tagħhom rispettivi. Il-pubbliku jista’ wkoll iċempel f’wieħed mill-uffiċċji reġjonali ta’ l-Ispettorat tas-Saħħa Pubblika jew direttament lis-Sezzjoni tas-Saħħa Ambjentali matul il-ħinijiet ta’ l-uffiċċju fuq in-numru tat-telefon 21803222. |
| Għal aktar informazzjoni, jekk il-pubbliku għandu xi domanda jew | ilment, jista’ iċempel fuq in-numru 21827146 erba’ u għoxrin siegħa kuljum. Din hija sistema awtomatika minn fejn wieħed jista’ tieħu l-informazzjoni kif ukoll iħalli d-domanda jew l-ilment tiegħu biex uffiċjali minn din is-sezzjoni jkunu jistgħu jirritornaw t-talba tiegħu u tiġi diskussa. |
Għal dawk li għandhom aċċess għall-internet, jistgħu jieħdu din l-informazzjoni mill-webpage ta’ din is-sezzjoni, f’dan l-indirizz (http://www.health.gov.mt/dph/index/htm).
Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika filwaqt li jawgura staġun ta’ l-għawm kemm jista’ jkun mingħajr problemi, jitlob il-koperazzjoni tal-pubbliku biex kulħadd jibża’ għal bajjiet tagħna billi ma’ jintremiex materjal u ħmieġ ieħor li jista’ jkun ta’ dannu għall-kwalita` ta’ l-ilma baħar. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jirraporta immedjatament lill-awtoritajiet ikkonċernati fuq xi abbużi li jistgħu jiġu nnotati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en