Il-Ministru għall-Affarjiet Rurali u l-Ambjent jipparteċipa f’laqgħa Informali għall-Ministri ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd ta’ l-Unjoni Ewropea
PR601
16/05/2003
| Il-Ministru għall-Affarjiet | Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino ipparteċipa fil-laqgħa nformali għall-Ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-laqgħa saret fil-gżira Griega ta’ Korfu bejn l-10 u t-13 ta’ Mejju u seħħet xahar qabel it-tmiem tal-Presidenza Griega. |
| Malta, | flimkien mad-disa’ pajjiżi l-oħra li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla, kienet mistiedna tattendi għal din il-laqgħa. Il-Presidenza Griega stiednet ukoll lit-tlett pajjiżi li bħalissa jitqiesu bħala kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. |
| Il-laqgħa ddiskutiet it-tema tal-kwalita’ | fl-agrikoltura u l-ħtieġa li anke fir-riforma tal-Politika Komuni għall-Agrikoltura, magħrufa bħala l-CAP, dan l-aspett jingħata l-kunsiderazzjoni li tixraqlu. Il-laqgħa ddiskutiet ukoll l-importanza li jkompli jiżdied il-valur miżjud tal-prodotti biex bdiewa Ewropej jibqgħu kompetittivi ma’ bdiewa oħra li għandhom anqas spejjeż, iżda fejn il-kwalita’ ma tingħatax wisq importanza. |
| Fil-laqgħa | kien hemm qbil li tkun esplorata l-possibilta’ ta’ għajnuna finanzjarju u teknika biex il-bdiewa Ewropej jipproduċu u jippromwovu prodotti ta’ kwalita’ għall-konsumaturi Ewropej. Il-Ministru George Pullicino kellu wkoll laqgħa mal-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Agrikoltura, Żvilupp Rurali u Sajd, Franz Fischler. |
| Waqt | li kien għal-laqgħa ta’ Korfu, il-Ministru George Pullicino ltaqa’ ma’ residenti tal-gżira li huma ta’ dixxendenza Maltija. Fil-laqgħa kienu diskussi inizjattivi li jistgħu jżidu l-kuntatti ta’ din il-komunita’ ma’ Maltin li huma nvoluti fl-istess setturi ta’ ħidma. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en