Fondi mill-Unjoni Ewropea biex is-settur kummerċjali jkun aktar kompetittiv u nnovattiv biex iwassal għall-ħolqien ta’ l-impjiegi
| “Il-Gvern huwa | mpenjat li mad-dħul ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, is-settur kummerċjali jibbenefika wkoll minn fondi strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex jitkattru l-impjiegi, tiżdied l-innovazzjoni, u s-sidien tal-ħwienet u stabbilimenti tagħna jkunu mgħejjuna biex jaħdmu f’ambjent aħjar”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, f’laqgħa li kellu mas-sidien tal-ħwienet tas-Savoy Shopping Arcade fil-Belt Valletta, illum il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju. |
| Mal-wasla | tiegħu, is-Sur Vassallo gie milqugħ mid-diretturi li jmexxu l-post u qabel ma’ ndirizza lill-media, żar diversi ħwienet u ltaqa’ ma’ propretarji u ħaddiema tal-ħwienet li hemm f’dal-kumpless. |
| Huwa | qal li l-Unjoni Ewropea bi sħab mas-settur privat, toħroġ sa 70% mill-ispiża li tkun ser tintefaq sabiex : |
1. Isir tisbieħ fil-faċċati tal-ħwienet fil-village cores, fit-town centres u biex isir investiment fir-riġenerazzjoni ta’ toroq kummerċjali li huma storikament importanti u li maż-żmien setgħu ġew mitluqa.
2. Titkattar l-innovazzjoni fil-ħwienet iż-żgħar.
3. Tingħata għajnuna għall-iżvilupp ta’ assocjazzjonijiet ta’ ħwienet f’komunitajiet kummerċjali lokali.
4. Tingħata għajnuna lill-artiġjani biex flimkien jippromwovu aħjar il-prodotti tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari Vassallo temm jgħid li għaddejja ħidma preparatorja f’dan il-qasam fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi u hemm bżonn tal-parteċipazzjoni u proposti mill-assoċjazzjonijiet kollha ta’ l-imprendituri, sabiex is-settur kummerċjali kollu jgawdi mill-għajnuna u l-vantaġġi li toffri l-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en