Ħidma biex nattiraw kumpaniji li jiżviluppaw is-software u s-servizzi biex jinvestu f’pajjiżna
PR597
15/05/2003
| "Teżisti l-possibilita’, li fis-snin li ġejjin, nattiraw lejn | pajjiżna kumpaniji li jiżvilupaw is-software u s-servizzi, biex jinvestu f’pajjiżna.” Dan intqal mill-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informatika u l-Investiment, l-Onor. Dr. Austin Gatt, meta kien qed jitkellem waqt il-ftuħ uffiċjali ta’ Planet VodafoneConcept Store. |
| Il-Ministru Gatt fisser il-ftuħ ta’ dan il-ħanut | bħala pass importanti fl-avvanz tat-teknoloġija f’pajjiżna. Austin Gatt qal li s-settur tat-teknoloġija llum miexi lejn ambjent bla fili (Wireless). "Qegħdin naraw kif jistgħu jiġu ntegrati flimkien servizzi li normalment huma marbutin mat-telefonija ċellulari mal-computer." |
| Il-Ministru spjega l-importanza li mhux biss ngħarfu | l-iżviluppi teknoloġiċi li jkunu qed isiru, iżda li nkunu minn ta’ quddiem biex noperaw dawn it-teknoloġiji. Huwa qal li “Dan huwa essenzjali jekk irridu nagħmlu minn Malta, Ċentru Reġjonali ta’ eċċellenza f’dan il-qasam." |
| Il-fatt li l-Vodafone fethu r-raba’ Concept | Shop, minn total ta’ 29, f’Malta huwa sinjal car ta’ l-impenn li l-kumpaniji multi-nazzjonali għandhom lejn pajjiżna. Huwa fakkar kif f’dawn l-aħħar ġimgħat f’Malta kellna żewġ summits għall-ogħla uffiċjali u managers tal-kumpaniji multinazzjonali Microsoft u Hewlett Packard. Dan huwa xhieda li llum Malta hija fuq il-mappa tal-ICT. |
| Għas-snin li ġejjin, filwaqt li rridu nkomplu | ninvestu fit-teknoloġija, s-soċjetà Maltija flimkien, trid timxi fuq il-programm li tintegra lil kulħadd f’din is-soċjetà u ekonomija bażata fuq l-informazzjoni. Austin Gatt kompla li rridu nisfruttaw il-vantaġġi u l-kapaċitajiet li għandna biex nattiraw l-investiment lejn pajjiżna. |
| Dr. Austin Gatt temm jgħid li l-Gvern huwa kommess | li nibqgħu fuq quddiem, pero’ biex nilħqu l-għanijiet tagħna, irridu li jkun hemm il-fiduċja u l-investiment ta’ kumpaniji privati fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-Maltin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en